998 строки
143 KiB
Mathematica
998 строки
143 KiB
Mathematica
Nhar it-Tnejn, xjentisti mill-Iskola tal-Mediċina tal-Università ta’ Stanford ħabbru l-invenzjoni ta’ għodda dijanjostika ġdida li tista’ tirranġa ċ-ċelloli skont it-tip: ċippa ċkejkna li tista’ tiġi stampata li tista’ tiġi manifatturata bl-użu ta’ inkjet printers standard għal possibilment madwar ċenteżmu tal-Istati Uniti kull waħda.
|
||
Riċerkaturi ewlenin jgħidu li dan jista’ jġib miegħu sejbien bikri ta’ kanċer, tuberkulożi, HIV u malarja lil pazjenti f’pajjiżi bi dħul baxx, fejn ir-rati ta’ sopravivenza għal mard bħall-kanċer tas-sider jistgħu jkunu nofs dawk ta’ pajjiżi aktar sinjuri.
|
||
JAS 39C Gripen iġġarraf fuq runway bejn wieħed u ieħor madwar id-9.30 am ħin lokali (0230 UTC) u sploda, u minħabba f'hekk, għalaq l-ajruport għal titjiriet kummerċjali.
|
||
Il-pilota ġie identifikat bħala Squadron Leader Dilokrit Pattavee.
|
||
Il-midja lokali tirrapporta li vettura li titfi n-nar fl-ajruport inqalbet waqt li kienet qed tirrispondi.
|
||
Vidal, ta' 28 sena, kien ingħaqad ma' Barça tliet staġuni ilu, mingħand Sevilla.
|
||
Minn meta mar jgħix fil-belt kapitali Katalana, Vidal lagħab 49 logħba mal-klabb.
|
||
Il-protesta bdiet għal ħabta tal-11:00 ħin lokali (UTC+1) fuq Whitehall quddiem id-daħla mgħassa mill-pulizija għal Downing Street, ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru.
|
||
Eżatt wara l-11:00, id-dimostranti mblukkaw it-traffiku fuq il-karreġġjata sejra lejn it-Tramuntana ġewwa Whitehall.
|
||
Fil-11:20, il-pulizija talbu lid-dimostranti jerġgħu jitilgħu fuq il-bankina, u ddikjaraw li kellhom bżonn isibu bilanċ bejn id-dritt li jipprotestaw u t-traffiku li kien qed jakkumula.
|
||
Bejn wieħed u ieħor fil-11:29, il-protesta mxiet ’il fuq f’Whitehall, għaddiet minn Trafalgar Square, tul l-iStrand, għaddiet minn Aldwych u ’l fuq f’Kingsway lejn Holborn fejn il-Partit Konservattiv kien qed imexxi l-Forum tar-Rebbiegħa tiegħu fil-lukanda Grand Connaught Rooms.
|
||
Ir-rekord ras imb’ras ta’ Nadal versu l-Kanadiż huwa 7–2.
|
||
Riċentement tilef kontra Raonic fil-Brisbane Open.
|
||
Nadal akkwista 88% tal-punti netti fil-logħba u rebaħ 76 punt fl-ewwel serve.
|
||
Wara l-logħba, ir-Re tat-Tafal qal, "Jien sempliċiment eċitat li ninsab lura fir-rawnds finali tal-aktar avvenimenti importanti. Jien qiegħed hawn biex nirbaħ."
|
||
"Panama Papers" huwa terminu ġenerali għal madwar għaxar miljun dokument mill-kumpanija legali Panamanjana Mossack Fonseca, li ġew mikxufa lill-istampa fir-rebbiegħa tal-2016.
|
||
Id-dokumenti wrew li erbatax-il bank għenu lill-klijenti sinjuri jaħbu biljuni ta’ dollari Amerikani ta’ ġid biex jevitaw taxxi u regolamenti oħra.
|
||
Il-gazzetta Ingliża “The Guardian” issuġġeriet li d-Deutsche Bank ikkontrolla bejn wieħed u ieħor terz tal-1200 kumpanija fittizja użati biex jagħmlu dan.
|
||
Kien hemm protesti madwar id-dinja, diversi prosekuzzjonijiet kriminali, u l-mexxejja tal-gvernijiet tal-Iżlanda u l-Pakistan it-tnejn irriżenjaw.
|
||
Imwieled f’Hong Kong, Ma studja fl-Università ta’ New York u l-Iskola tal-Liġi ta’ Harvard u darba kellu "green card" ta’ resident permanenti Amerikan.
|
||
Hsieh implika matul l-elezzjoni li Ma jista’ jaħrab mill-pajjiż fi żmien ta’ kriżi.
|
||
Hsieh argumenta wkoll li Ma fotogeniku kien aktar stil milli sustanza.
|
||
Minkejja dawn l-akkużi, Ma rebaħ b'kapaċità fuq pjattaforma li tappoġġja rabtiet iktar mill-qrib mal-kontinent Ċiniż.
|
||
Il-Plejer tal-Jum tal-lum huwa Alex Ovechkin li jilgħab mal-Washington Capitals.
|
||
Huwa kellu 2 gowls u 2 assists fir-rebħa 5-3 ta’ Washington fuq l-Atlanta Thrashers.
|
||
L-ewwel “assist” tal-lejla ta’ Ovechkin kienet fuq il-gowl rebbieħ tal-logħba mill-plejer il-ġdid Nicklas Backstrom;
|
||
Dan it-tieni gowl tiegħu ta’ dik il-lejla kien is-60 gowl tiegħu tal-istaġun, u sar l-ewwel plejer li skorja 60 gowl jew iktar fi staġun mill-1995-96, meta Jaromir Jagr u Mario Lemieux laħqu dak it-tragward it-tnejn li huma.
|
||
Batten ġie kklassifikat fil-190 post fuq il-lista tal-400 Amerikani l-Iktar Sinjuri tal-2008 b’fortuna stmata ta’ $2.3 biljun.
|
||
Huwa ggradwa mill-Kulleġġ tal-Arti u x-Xjenza tal-Università ta’ Virginia fl-1950 u kien donatur importanti għal dik l-istituzzjoni.
|
||
Il-ħabs Abu Ghraib fl-Iraq ġie mqabbad bin-nar waqt rewwixta.
|
||
Il-ħabs sar notorju wara li ġie skopert l-abbuż tal-priġunieri hemm wara li l-forzi ta-Istati Uniti ħadu r-riedni f’idejhom.
|
||
Fil-Grand Prix ta’ Singapore tal-2008, Piquet Jr. ħabat eżatt wara pit stop bikrija għal Fernando Alonso u, għalhekk, ħarġet il-karozza tas-sigurtà.
|
||
Meta l-karozzi ta’ quddiem Alonso daħlu biex jieħdu l-fjuwil taħt il-karozza tas-sigurtà, huwa qabeż ’il quddiem biex jieħu r-rebħa.
|
||
Piquet Jr. ġie mkeċċi wara l-Grand Prix tal-Ungerija tal-2009.
|
||
Preċiżament fit-8:46 ta’ filgħodu, waqgħet ħemda madwar il-belt, li mmarkat il-mument eżatt meta l-ewwel ġett laqat il-bersall tiegħu.
|
||
Ġew immuntati żewġ raġġi ta' dawl immirati lejn is-sema bil-lejl.
|
||
Bħalissa għaddejja l-kostruzzjoni ta' ħames skyscrapers ġodda fuq is-sit, b’ċentru tat-trasport u park kommemorattiv fin-nofs.
|
||
Ix-show tal-PBS għandu aktar minn żewġ tużżani premjijiet Emmy, u din is-sensiela hija iqsar biss minn Sesame Street u Mister Rogers' Neighborhood.
|
||
Kull episodju tal-ispettaklu jiffoka fuq tema fi ktieb speċifiku u mbagħad jesplora dik it-tema permezz ta’ stejjer multipli.
|
||
Kull spettaklu jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet għal kotba li għandhom ifittxuhom it-tfal meta jmorru fil-librerija tagħhom.
|
||
John Grant, minn WNED Buffalo (l-istazzjon ta’ oriġini ta’ Reading Rainbow) qal: "Reading Rainbow għallem lit-tfal ir-raġuni għaliex jaqraw,...l-imħabba għall-qari — [l-ispettaklu] ħeġġeġ lit-tfal biex jaqbdu ktieb u jaqraw."
|
||
Xi persuni, inkluż John Grant, iħossu li kemm il-kriżi tal-finanzjament kif ukoll bidla fil-filosofija tal-programmazzjoni edukattiva tat-televiżjoni wasslu biex jintemm is-serje.
|
||
Il-maltempata, li tinsab madwar 645 mil (1040 km) fil-Punent tal-gżejjer Cape Verde, probabbilment tispiċċa fix-xejn qabel thedded iż-żoni tal-art, jgħidu dawk li jbassru t-temp.
|
||
Fred bħalissa għandu irjieħ ta’ 105 mili fis-siegħa (165 km/siegħa) u jinsb miexi lejn il-majjistral.
|
||
Fred huwa l-iktar ċiklun tropikali b’saħħtu li qatt ġie rreġistrat s’issa fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Atlantiku minn meta beda t-teħid ta’ ritratti bis-satellita, u huwa biss it-tielet l-akbar uragan rreġistrat fil-Lvant ta’ 35°W.
|
||
Fl-24 ta’ Settembru 1759, Arthur Guinness iffirma kera ta’ 9,000 sena għall-Birrerija St James’ Gate ġewwa Dublin, l-Irlanda.
|
||
250 sena wara, Guinness żviluppat f'negozju globali bi dħul ta' 10 biljun euro (US$14.7 biljun) kull sena.
|
||
Jonny Reid, ko-sewwieq għat-tim tal-A1GP ta’ New Zealand, illum tniżżel fl-istorja billi saq l-iktar veloċi fuq il-Pont tal-Port ta’ Auckland li għandu 48 sena, ġewwa New Zealand, legalment.
|
||
Is-Sur Reid irnexxielu jsuq il-karozza A1GP tan-New Zealand, Black Beauty b’veloċitajiet ta’ aktar minn 160km/siegħa seba’ darbiet fuq il-pont.
|
||
Il-pulizija ta' New Zealand kellhom diffikultà biex jużaw il-pistoli tar-radar tal-veloċità tagħhom ħalli jaraw il-veloċità tas-Sur Reid minħabba li Black Beauty hija baxxa ħafna, u l-unika darba li l-pulizija rnexxielhom jieħdu qari tal-veloċità tas-Sur Reid kien meta naqqas il-veloċità għal 160km/siegħa.
|
||
Fl-aħħar 3 xhur, iktar minn 80 persuna arrestati ġew rilaxxati mill-faċilità Central Booking mingħajr ma ġew akkużati b'mod formali.
|
||
F’April ta’ din is-sena, inħarġet ordni ta’ żamma temporanja mill-Imħallef Glynn kontra l-faċilità biex jiġi rinforzat il-ħelsien ta’ dawk miżmuma aktar minn 24 siegħa wara li ddaħlu u li ma rċevewx smigħ minn kummissarju tal-qorti.
|
||
Il-kummissarju jissettja l-kawzjoni, jekk tingħata, u jifformalizza l-akkużi sottomessi mill-uffiċjal li għamel l-arrest. Wara dan, l-akkużi jiddaħħlu fis-sistema tal-kompjuter tal-istat u l-każ jiġi traċċat.
|
||
Is-seduta ta’ smigħ timmarka wkoll id-data għad-dritt għal proċess bla dewmien tal-persuna suspettata.
|
||
Peter Costello, teżorier Awstraljan u r-raġel li x’aktarx jilħaq wara l-Prim Ministru John Howard bħala l-kap tal-partit Liberali tefa’ l-appoġġ tiegħu wara industrija tal-enerġija nukleari fl-Awstralja.
|
||
Is-Sur Costello qal li meta l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari ssir ekonomikament vijabbli, l-Awstralja għandha tibda tużaha.
|
||
"Jekk isir kummerċjali, għandna nieħduh. Fi kliem ieħor, m’hemm l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju għall-enerġija nukleari" qal is-Sur Costello.
|
||
Skont l-Ansa, "il-pulizija kienu nkwetati b'żewġ aċċidenti ta' qtil tal-ogħla livell li huma kellhom il-biża' setgħu jqanqlu gwerra qalila tas-suċċessjoni.
|
||
Il-Pulizija qalet li Lo Piccolo kellu l-vantaġġ għax kien l-assistent l-iktar qrib Provenzano ġewwa Palermo u l-esperjenza kbira tiegħu rebħitlu r-rispett tal-ġenerazzjoni iktar anzjana tal-kapijiet kif segwew il-politika ta’ Provenzano li jżommu profil kemm jista’ jkun baxx waqt li jsaħħu n-netwerk tal-poter tagħhom.
|
||
Dawn il-kapijiet kienu ġew imrażżna minn Provenzano meta waqqaf il-ġwerra mmexxija minn Riina kontra l-istat u li ħasdet il-ħajja tal-ġellieda kontra l-Mafja Giovanni Falcone u Paolo Borsellino fl-1992."
|
||
Is-CEO tal-Apple, Steve Jobs, żvela t-tagħmir billi tela’ fuq l-istejġ u ħareġ l-iPhone mill-but tal-jeans tiegħu.
|
||
Matul id-diskors tiegħu ta’ sagħtejn huwa ddikjara li "Illum Apple se terġa’ tivvinta t-telefon, Se ninżlu fl-istorja llum".
|
||
Il-Brażil huwa l-akbar pajjiż Kattoliku Ruman fid-Dinja, u l-Knisja Kattolika Rumana opponiet il-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess fil-pajjiż b’mod konsistenti.
|
||
Il-Kungress Nazzjonali tal-Brażil iddibatta l-legalizzazzjoni għal 10 snin, u żwiġijiet ċivili bħal dawn bħalissa huma legali biss ġewwa Rio Grande do Sul.
|
||
L-abbozz oriġinali ġie ddraftjat minn Marta Suplicy, l-eks sindku ta' São Paulo. Il-leġiżlazzjoni proposta, wara li ġiet emendata, issa tinsab f'idejn Roberto Jefferson.
|
||
Id-dimostranti jittamaw li jiġbru petizzjoni ta’ 1.2 miljun firma biex jippreżentawhom lill-Kungress Nazzjonali f’Novembru.
|
||
Wara li ħarġet fil-beraħ li ħafna familji kienu qed ifittxu għajnuna legali biex jiġġieldu l-iżgumbramenti, saret laqgħa fl-20 ta' Marzu fiċ-Ċentru Legali tal-Komunità ta' East Bay għall-vittmi tal-iskema qarrieqa rigward id-djar.
|
||
Meta l-inkwilini bdew jikkondividu dak li kien ġralhom, il-maġġoranza tal-familji involuti f'daqqa waħda rrealizzaw li Carolyn Wilson tal-OHA kienet serqet id-depożiti tas-sigurtà tagħhom, u ħarbet mill-belt.
|
||
Kerrejja f’Lockwood Gardens jemmnu li jista’ jkun hemm sa 40 familja oħra jew iktar li jiffaċċjaw żgumbrament, peress li saru jafu li l-pulizija tal-OHA qed jinvestigaw ukoll proprjetajiet ta’ djar tal-gvern oħra ġewwa Oakland li jistgħu jinqabdu fl-iskema qarrieqa tad-djar.
|
||
Il-banda kkanċellat l-ispettaklu fil-War Memorial Stadium ta’ Maui, li kellu jkollu attendenza ta' 9,000 persuna, u talbet skuża lis-segwaċi tagħha.
|
||
Il-kumpanija maniġerjali tal-banda, HK Management Inc., ma tat l-ebda raġuni inizjali meta kkanċellaw fl-20 ta’ Settembru, iżda l-għada qalet li kien tort ta’ raġunijiet loġistiċi.
|
||
L-avukati Griegi famużi, Sakis Kechagioglou u George Nikolakopoulos ingħataw sentenza ta’ priġunerija fil-ħabs ta’ Ateni ġewwa Korydallus, peress li nstabu ħatja ta’ tixħim u korruzzjoni.
|
||
Bħala riżultat ta’ dan, ħareġ skandlu kbir fil-komunità legali Griega minħabba l-esponiment ta’ azzjonijiet illegali magħmulin minn imħallfin u avukati matul is-snin preċedenti.
|
||
Ftit ġimgħat ilu, wara l-informazzjoni ppubblikata mill-ġurnalista Makis Triantafylopoulos fis-show televiżiv popolari tiegħu "Zoungla" fuq l-Alpha TV, il-membru Parlamentari u avukat, Petros Mantouvalos ġie abdikat minħabba li membri tal-uffiċċju tiegħu kienu involuti f'tixħim illegali u korruzzjoni.
|
||
Barra minn hekk, l-imħallef ewlieni Evangelos Kalousis jinsab il-ħabs minħabba li nstab ħati ta’ korruzzjoni u mġieba deġenerata.
|
||
Roberts irrifjuta b’mod ċar milli jgħid meta jemmen li tibda l-ħajja, mistoqsija importanti meta tikkunsidra l-etika tal-abort, u qal li ma jkunx etiku li jikkummenta dwar l-ispeċifiċitajiet tal-każijiet probabbli.
|
||
Madankollu, huwa tenna l-istqarrija li kien għamel qabel li Roe vs Wade kienet "ġurisprudenza stabbilita tal-pajjiż", u enfasizza l-importanza ta’ deċiżjonijiet konsistenti tal-Qorti Suprema.
|
||
Huwa kkonferma wkoll li jemmen fid-dritt impliċitu għall-privatezza li kienet tiddependi fuqu d-deċiżjoni Roe.
|
||
Maroochydore kien spiċċa fil-quċċata tal-klassifika, sitt punti ’l fuq minn Noosa fit-tieni post.
|
||
Iż-żewġ naħat kellhom jiltaqgħu fis-semi finali ewlieni fejn Noosa ħarġu rebbieħa bi 11-il punt.
|
||
Imbagħad, Maroochydore rebaħ lil Caboolture fil-Finali Preliminari.
|
||
Hesperonychus elizabethae hija speċi fil-familja ta' Dromaeosauridae u kuġina tal-Velociraptor.
|
||
Dan l-għasfur tal-priża miksi bir-rix u b'demm sħun kien maħsub li kien jimxi wieqaf fuq żewġ riġlejn bi dwiefer bil-ponta bħall-Velociraptor.
|
||
It-tieni difer tagħha kien ikbar, li wassal għall-isem Hesperonychus li jfisser "difer tal-Punent."
|
||
Minbarra t-tkissir tas-silġ, kundizzjonijiet estremi tat-temp xekklu l-isforzi ta’ salvataġġ.
|
||
Pittman issuġġerixxa li l-kundizzjonijiet mhux se jitjiebu qabel xi ħin il-ġimgħa d-dieħla.
|
||
L-ammont u l-ħxuna tal-pakkett tas-silġ, skont Pittman, huwa l-agħar li kien għall-bastimenti tal-foki fl-aħħar 15-il sena.
|
||
Illum ġie mħabbar fil-komunità tar-Red Lake waqt kienu qed isiru l-funerali ta' Jeff Weise u tlieta mid-disa’ vittmi, li student ieħor ġie arrestat b’konnessjoni mal-isparaturi fl-iskola li saru fil-21 ta’ Marzu.
|
||
L-awtoritajiet ma qalux wisq uffiċjalment apparti mill-konferma tal-arrest li sar illum.
|
||
Madankollu, sors li kien jaf bl-investigazzjoni qal lill-Minneapolis Star-Tribune li kien Louis Jourdain, it-tifel tal-President tat-Tribali tar-Red Lake Floyd Jourdain, u li għandu sittax-il sena.
|
||
Mhux magħruf f’dan iż-żmien liema akkużi se jsiru jew x’wassal lill-awtoritajiet għat-tifel iżda bdew il-proċeduri tal-minorenni fil-qorti federali.
|
||
Lodin qal ukoll li l-uffiċjali ddeċidew li jikkanċellaw it-tieni elezzjoni sabiex lill-Afgani jiffrankawlhom l-ispejjeż u r-riskju tas-sigurtà li ġġib magħha elezzjoni oħra.
|
||
Id-diplomatiċi qalu li sabu biżżejjed ambigwità fil-kostituzzjoni Afgana biex jiddeterminaw it-tieni elezzjoni mhix meħtieġa.
|
||
Dan jikkontradixxi r-rapporti preċedenti, li qalu li l-kanċellazzjoni tar-runoff kienet tkun kontra l-kostituzzjoni.
|
||
L-ajruplan kien direzzjonat lejn Irkutsk u kien operat minn truppi interni.
|
||
Ġiet stabbilita inkjesta biex tinvestiga.
|
||
L-Il-76 kien komponent ewlieni kemm tal-militar Russu kif ukoll ta’ dak Sovjetiku sa mis-sebgħinijiet, u kien diġà ra inċident serju fir-Russja x-xahar li għadda.
|
||
Fis-7 ta’ Ottubru, waqt it-tluq isseparat magna, mingħajr korrimenti. Ir-Russja ma użatx Il-76s għal żmien qasir wara dak l-inċident.
|
||
800 mil tas-Sistema tal-Pipeline Trans-Alaska ngħalqu wara t-tixrid ta' eluf ta' bramel ta' żejt mhux raffinat fin-Nofsinhar ta' Fairbanks, fl-Alaska.
|
||
Meta nqata’ d-dawl wara li sar test ta’ rutina tas-sistema tal-kontroll tan-nirien, dan ikkawża l-ftuħ ta’ valvi ta’ rilaxx u far żejt mhux raffinat ħdejn l-istazzjon tal-pompa Fort Greely Nru 9.
|
||
Il-ftuħ tal-valvi ppermetta rilaxx tal-pressjoni għas-sistema u ż-żejt għadda fuq pad għal tank li jesa' 55,000 barmil (2.3 miljun gallun).
|
||
Sa minn nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, il-ventijiet tat-tank kienu għadhom qiegħdin inixxu probabbilment minħabba l-espansjoni termali fit-tank.
|
||
Żona oħra ta' konteniment sekondarju taħt it-tankijiet li kapaċi tesa' 104,500 barmil kienet għadha ma mtlietx kompletament.
|
||
Il-kummenti, diretti fuq it-televiżjoni, kienu l-ewwel darba li sorsi anzjani Iranjani ammettew li s-sanzjonijiet qed ikollhom effett.
|
||
Huma jinkludu restrizzjonijiet finanzjarji u projbizzjoni mill-Unjoni Ewropea fuq l-esportazzjoni taż-żejt mhux raffinat li minnu l-ekonomija Iranjana tirċievi 80 % tad-dħul barrani tagħha.
|
||
Fl-iktar rapport ta’ kull xahar reċenti tagħha, OPEC qalet li l-esportazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat naqsu għall-iktar livell baxx tagħhom fl-aħħar għoxrin sena b’2.8 miljun barmil kuljum.
|
||
Il-mexxej suprem tal-pajjiż, l-Ayatollah Ali Khamenei, iddeskriva d-dipendenza fuq iż-żejt bħala "nassa" li bdiet sa minn qabel ir-rivoluzzjoni Iżlamika tal-Iran fl-1979 u li l-pajjiż għandu jeħles lilu nnifsu minnha.
|
||
Meta l-kapsula tasal fid-Dinja u tidħol fl-atmosfera, f'xi l-5 ta' filgħodu (ħin tal-Lvant), mistennija li toħloq spettaklu tad-dawl sostanzjali għan-nies fil-Kalifornja tat-Tramuntana, fl-Oregon, fin-Nevada, u f'Utah.
|
||
Il-kapsula se tidher ħafna qisha kewkba feġġa għaddejja fis-sema.
|
||
Il-kapsula se tivvjaġġa b’madwar 12.8 km jew 8 mili kull sekonda, veloċi biżżejjed biex tmur minn San Francisco sa Los Angeles f’minuta.
|
||
Stardust se jistabbilixxi rekord ġdid għall-ewwel darba bħala l-iktar inġenju tal-ispazju li jirritorna fid-Dinja malajr, u kiser ir-rekord preċedenti stabbilit f’Mejju tal-1969 waqt ir-ritorn tal-modulu ta’ kmand Apollo X.
|
||
Tom Duxbury, il-maniġer tal-proġett Stardust qal: “Se tgħaddi minn fuq il-kosta tal-Punent tat-Tramuntana ta’ Kalifornja u se tillumina s-sema minn Kalifornja tgħaddi minn Oregon ċentrali u tibqa’ għaddejja minn Nevada u Idaho u lejn Utah”.
|
||
Id-deċiżjoni tas-Sur Rudd li jiffirma l-ftehim ta’ Kyoto dwar il-klima tiżola lill-Istati Uniti, li issa se tkun l-unika nazzjon żviluppat li ma rratifikatx il-ftehim.
|
||
L-eks gvern konservattiv tal-Awstralja rrifjuta li jirratifika Kyoto, u qal li ssir ħsara lill-ekonomija bid-dipendenza qawwija tiegħu fuq l-esportazzjonijiet tal-faħam, filwaqt li pajjiżi bħall-Indja u ċ-Ċina ma kinux marbutin mill-miri tal-emissjonijiet.
|
||
Dan huwa l-akbar akkwist fl-istorja ta’ eBay.
|
||
Il-kumpanija tittama li tiddiversifika s-sorsi ta’ profitt tagħha u tikseb popolarità f’żoni fejn Skype għandu pożizzjoni kbira, bħaċ-Ċina, l-Ewropa tal-Lvant, u l-Brażil.
|
||
Ix-xjentisti ssuspettaw li Enceladus huwa ġeoloġikament attiv u sors potenzjali taċ-ċirku E tas-silġ ta’ Saturnu.
|
||
Enceladus huwa l-iktar oġġett li jirrifletti fis-sistema solari, u jirrifletti bejn wieħed u ieħor 90 fil-mija tax-xemx li tolqtu.
|
||
Il-pubblikatur tal-logħob Konami ddikjaraw illum f’gazzetta Ġappuniża li mhux se joħorġu l-logħba “Six Days in Fallujah” (“Sitt Ijiem Ġewwa Fallujah”).
|
||
Il-logħba hija bbażata fuq it-Tieni Battalja ta’ Fallujah, battalja vjolenti bejn il-forzi Amerikani u Iraqqini.
|
||
L-ACMA sabet ukoll li minkejja li l-vidjo ġie mxandar fuq l-Internet, Big Brother ma kisritx il-liġijiet taċ-ċensura tal-kontenut onlajn peress li l-midja ma kinitx ġiet maħżuna fuq is-sit web ta’ Big Brother.
|
||
L-Att dwar is-Servizzi tax-Xandir jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-kontenut tal-Internet, madankollu biex ikun ikkunsidrat bħala kontenut tal-Internet, għandu jirrisjedi fiżikament fuq server.
|
||
L-ambaxxata tal-Istati Uniti li hemm f'Nairobi, fil-Kenya ħarġet twissija li "estremisti mis-Somalja" qed jippjanaw li jwettqu attakki ta' bombi suwiċidi fil-Kenja u l-Etjopja.
|
||
L-Istati Uniti jgħidu li rċevew informazzjoni minn sors mhux żvelat li speċifikament issemmi l-użu ta' bombi suwiċidi biex jisplodu "postijiet prominenti" fl-Etjopja u l-Kenja.
|
||
Ħafna qabel “The Daily Show” u “The Colbert Report”, Heck u Johnson kellhom viżjoni li jagħmlu pubblikazzjoni li kienet se tkun parodija tal-aħbarijiet—u r-rappurtar tal-aħbarijiet—meta kienu studenti ġewwa UW fl-1988.
|
||
Sa minn meta bdiet, The Onion saret imperu ta’ parodija ta’ aħbarijiet ta’ vera, b’edizzjoni stampata, sit web li ġibed 5,000,000 viżitatur uniku fix-xahar ta’ Ottubru, reklami personali, netwerk ta’ aħbarijiet ta’ 24 siegħa, podcasts, u atlas globali mniedi dan l-aħħar imsejjaħ “Our Dumb World” (“Id-Dinja Belha Tagħna”).
|
||
Al Gore u l-Ġeneral Tommy Franks każwalment jgħidu malajr il-headlines favoriti tagħhom (ta' Gore kien meta The Onion irrapportat li hu u Tipper kienu qed jagħmlu l-aqwa sess ta' ħajjithom wara t-telfa tiegħu fil-Kulleġġ Elettorali tal-2000).
|
||
Ħafna mill-kittieba tagħhom baqa' jkollhom influwenza kbira fuq l-ispettakli ta’ parodija tal-aħbarijiet ta’ Jon Stewart u Stephen Colbert.
|
||
L-avveniment artistiku huwa wkoll parti minn kampanja mis-Sala tal-Belt ta’ Bukarest li tipprova terġa’ tniedi l-immaġni tal-belt kapitali Rumena bħala metropoli kreattiva u kkulurita.
|
||
Il-belt se tkun l-ewwel waħda fix-Xlokk tal-Ewropa li tospita CowParade, l-ikbar avveniment tal-arti pubblika fid-dinja, bejn Ġunju u Awwissu ta’ din is-sena.
|
||
It-tħabbira tal-lum estendiet ukoll l-impenn li l-gvern għamel f'Marzu ta' din is-sena li jiffinanzja aktar vaguni.
|
||
300 oħra jammontaw għal 1,300 vagun li jridu jiġu miksuba biex jitnaqqas l-iffullar żejjed.
|
||
Christopher Garcia, kelliem għad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Los Angeles, qal li r-raġel suspettat ħati qiegħed jiġi investigat talli daħal f’postijiet mingħajr permess pjuttost milli għal vandaliżmu.
|
||
It-tabella ma saritilhiex ħsara fiżika; il-modifika saret bl-użu ta' tarpolini suwed iddekorati bis-sinjali tal-paċi u qalb biex tinbidel l-"O" u issir "e" żgħira.
|
||
Il-marea ħamra hija kkawżata minn konċentrazzjoni ogħla min-normal ta’ Karenia brevis, organiżmu tal-baħar b’ċellula waħda li jseħħ b’mod naturali.
|
||
Fatturi naturali jistgħu jidħlu fuq xulxin biex jipproduċu kundizzjonijiet ideali, u jwasslu biex din l-alka tiżdied b’mod drammatiku.
|
||
L-alka tipproduċi newrotossina li tista’ tiddiżattiva n-nervituri kemm fil-bnedmin kif ukoll fil-ħut.
|
||
Il-ħut spiss imutu minħabba konċentrazzjonijiet għoljin tat-tossina fl-ilma.
|
||
Il-bnedmin jistgħu jiġu affettwati billi jieħdu fin-nifs ilma affettwat meħud fl-arja mir-riħ u l-mewġ.
|
||
Fil-quċċata tiegħu, iċ-Ċiklun Tropikali Gonu, imsemmi għal borża ta’ weraq tal-palm bil-lingwa tal-Maldivi, laħaq irjieħ sostnuti ta’ 240 kilometru fis-siegħa (149 mil fis-siegħa).
|
||
Sa kmieni llum, ir-riħ kien madwar 83 km/h, u kien mistenni li jkompli jitlef il-qawwa tiegħu.
|
||
Nhar l-Erbgħa, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Baskitbol tal-Istati Uniti (NBA) issospendiet l-istaġun professjonali tal-baskitbol tagħha minħabba tħassib rigward COVID-19.
|
||
Id-deċiżjoni tal-NBA segwiet il-fatt li plejer tal-Utah Jazz irriżulta li kien pożittiv għall-virus COVID-19.
|
||
Fuq il-bażi ta’ dan il-fossili, dak ifisser li l-qasma hija ħafna qabel milli kien antiċipat mill-evidenza molekulari.
|
||
Dan ifisser li kollox għandu jitqiegħed lura f’postu," qal riċerkatur fis-Servizz ta’ Riċerka ta’ Rift Valley fl-Etjopja u ko-awtur tal-istudju, Berhane Asfaw.
|
||
Sa issa, AOL kienet kapaċi ċċaqlaq u tiżviluppa s-suq tal-IM bil-pass tagħha, minħabba l-użu mifrux tagħha fl-Istati Uniti.
|
||
B'dan l-arranġament fis-seħħ, din il-libertà tista' tintemm.
|
||
In-numru ta’ persuni li jużaw is-servizzi ta' Yahoo! u Microsoft flimkien se jikkompeti man-numru ta’ klijenti ta’ AOL.
|
||
Il-bank Northern Rock kien ġie nazzjonalizzat fl-2008 wara r-rivelazzjoni li l-kumpanija kienet irċeviet appoġġ ta’ emerġenza mill-Gvern tar-Renju Unit.
|
||
Northern Rock kellha bżonn appoġġ minħabba l-esponiment tagħha matul il-kriżi tal-ipoteki subprime fl-2007.
|
||
Virgin Group ta’ Sir Richard Branson kellha offerta għall-bank miċħuda qabel in-nazzjonalizzazzjoni tal-bank.
|
||
Fl-2010, filwaqt li nazzjonalizzat, il-bank ewlieni attwali Northern Rock plc ġie sseparat mill-“bank ħażin”, Northern Rock (Ġestjoni tal-Assi).
|
||
Virgin xtraw biss il-'bank tajjeb' ta' Northern Rock, mhux il-kumpanija tal-ġestjoni tal-assi.
|
||
Dan probabbilment huwa l-ħames darba fl-istorja li n-nies osservaw dak li rriżulta li kien materjal marzjan ikkonfermat kimikament qed jaqa' fid-Dinja.
|
||
Mill-madwar 24,000 meteoriti magħrufin li waqgħu fid-Dinja, madwar 34 biss ġew ivverifikati li għandhom oriġini marzjana.
|
||
Ħmistax minn dawn il-ġebel huma attribwiti għax-xita ta’ meteoriti ta’ Lulju li għadda.
|
||
Uħud mill-ħaġar, li huma rari ħafna fid-Dinja, qed jinbiegħu minn US$11,000 sa $22,500 għal kull uqija, li huwa madwar għaxar darbiet iktar mill-prezz tad-deheb.
|
||
Wara t-tellieqa, Keselowski jibqa’ l-kap tal-Kampjonat tas-Sewwieqa b’2,250 punt.
|
||
Seba’ punti wara, Johnson jinsab fit-tieni post b’2,243 punt.
|
||
Fit-tielet post, Hamlin jinsab għoxrin punt wara, iżda ħames punti qabel Bowyer. Kahne u Truex, Jr. huma fil-ħames u s-sitt post rispettivament b’2,220 u 2,207 punt.
|
||
Stewart, Gordon, Kenseth, u Harvick jieħdu l-aqwa għaxar pożizzjonijiet għall-Kampjonat tas-Sewwieqa filwaqt li jibqa’ erba' tlielaq fl-istaġun.
|
||
In-Nejvi tal-Istati Uniti qalet ukoll li qed jinvestigaw l-inċident.
|
||
Huma qalu wkoll fi stqarrija, "L-ekwipaġġ bħalissa qed jipprova jiddetermina l-aħjar metodu għall-estrazzjoni sikura tal-vapur".
|
||
Il-vapur, tal-klassi Avenger u speċjalizzat fil-kontromiżuri għall-mini, kien fi triqtu lejn Puerto Princesa f'Palawan.
|
||
Huwa assenjat lis-Seba’ Flotta tal-Forza Navali tal-Istati Uniti u bbażat f’Sasebo, Nagasaki fil-Ġappun.
|
||
L-attakkanti ta’ Mumbai waslu permezz ta’ dgħajsa fis-26 ta’ Novembru 2008, u ġabu magħhom granati, armi awtomatiċi u laqtu bosta miri inkluż l-istazzjon tal-ferrovija Chhatrapati Shivaji Terminus iffullat u l-famuż Taj Mahal Hotel.
|
||
It-tiftix u l-ġbir ta’ informazzjoni ta’ David Headley għenu biex tkun tista’ ssir l-operazzjoni mill-10 persuni armati mill-grupp militanti Pakistani Laskhar-e-Taiba.
|
||
L-attakk tefa’ pressjoni kbira fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Indja u l-Pakistan.
|
||
Akkumpanjat minn dawn l-uffiċjali, huwa assigura liċ-ċittadini ta' Texas li kienu qed jittieħdu passi biex tiġi protetta s-sikurezza tal-pubbliku.
|
||
Perry speċifikament qal, "Ftit hemm postijiet fid-dinja li huma mgħammra aħjar biex jiffaċċjaw l-isfida magħmula f’dan il-każ."
|
||
Il-gvernatur iddikjara wkoll, "Illum sirna nafu li xi tfal ta’ età skolastika ġew identifikati bħala li kellhom kuntatt mal-pazjent."
|
||
Huwa kompla jgħid, "Dan il-każ huwa serju. Serrħu moħħkom li s-sistema tagħna qed taħdem tajjeb kif suppost."
|
||
Jekk ikun hemm konferma, is-sejba tagħlaq it-tfittxija ta’ tmien snin ta’ Allen għall-Musashi.
|
||
Wara mmappjar ta’ qiegħ il-baħar, ir-relitt instab bl-użu ta' ROV.
|
||
Wieħed mill-iktar nies sinjuri fid-dinja, Allen irrapporta li investa ħafna mill-ġid tiegħu fl-esplorazzjoni tal-baħar u beda t-tfittxija tiegħu biex isib il-Musashi bħala riżultat ta’ interess tiegħu tul ħajtu kollha fil-gwerra.
|
||
Hija kisbet akklamazzjoni importanti matul iż-żmien tagħha ġewwa Atlanta u ġiet rikonoxxuta għal edukazzjoni urbana innovattiva.
|
||
Fl-2009, ingħatat it-titlu ta’ Supretendent Nazzjonali tas-Sena.
|
||
Fiż-żmien tal-premju, l-iskejjel ta’ Atlanta raw titjib kbir fuq il-punteġġi tat-test.
|
||
Ftit żmien wara dan, “The Atlanta Journal-Constitution” ippubblikaw rapport dwar il-problemi bir-riżultati tat-test.
|
||
Ir-rapport wera li l-marki tat-testijiet kienu żdiedu b'mod rapidu li ma jitwemminx, u allega li l-iskola internament sabet xi problemi imma m'aġixxietx fuq dak li sabet.
|
||
Wara dan, l-evidenza uriet li l-karti tat-test kienu mbagħbsa u Hall, u 34 uffiċjali oħra tal-edukazzjoni, ġew akkużati fl-2013.
|
||
Il-gvern Irlandiż qed jenfasizza l-urġenza tal-leġiżlazzjoni parlamentari biex tirranġa s-sitwazzjoni.
|
||
"Issa huwa importanti kemm mill-perspettiva tas-saħħa pubblika kif ukoll minn dik tal-ġustizzja kriminali li l-leġiżlazzjoni tiġi promulgata kemm jista’ jkun malajr", qal kelliem għall-gvern.
|
||
Il-Ministru tas-Saħħa esprima tħassib kemm għall-benesseri tal-individwi li jieħdu vantaġġ mil-legalità temporanja tas-sustanzi involuti, kif ukoll għall-kundanni relatati mad-droga mogħtija minn meta daħlu fis-seħħ il-bidliet li issa mhumiex kostituzzjonali.
|
||
Jarque kien qed jipprattika waqt taħriġ ta’ qabel l-istaġun ġewwa Coverciano fl-Italja aktar kmieni fil-ġurnata. Huwa kien qed joqgħod fil-lukanda tat-tim qabel logħba ppjanata għal nhar il-Ħadd kontra Bolonia.
|
||
Huwa kien qed joqgħod fil-lukanda tat-tim qabel logħba ppjanata biex tintlagħab nhar il-Ħadd kontra Bolonia.
|
||
Il-karozza tal-linja kienet direzzjonata lejn Six Flags St. Louis ġewwa Missouri biex il-banda ddoqq f’kunċert li l-biljetti kollha tiegħu kienu nxtraw.
|
||
Is-Sibt fis-1:15 ta’ filgħodu, skont ix-xhieda, il-karozza tal-linja kienet għaddejja minn dawl aħdar meta l-karozza kisret quddiemha.
|
||
Sa mil-lejl tad-9 ta’ Awwissu, l-għajn ta’ Morakot kienet madwar sebgħin kilometru ’l bogħod mill-provinċja Ċiniża ta’ Fujian.
|
||
It-tifun huwa stmat li miexi lejn iċ-Ċina bi ħdax-il kph.
|
||
Il-passiġġieri ġew mogħtija l-ilma waqt li stennew f'temperatura sħuna ta’ 90 grad (F).
|
||
Il-kaptan tan-nirien Scott Kouns qal, "Kienet ġurnata taħraq ġewwa Santa Clara bit-temperaturi fid-90ijiet.
|
||
Kwalunkwe tul ta' ħin li wieħed iqatta' maqbud fuq roller coaster ikun skomdu, tal-anqas, u għaddiet mill-inqas siegħa biex iniżżlu lill-ewwel persuna mir-rikba."
|
||
Schumacher li rtira fl-2006 wara li rebaħ il-kampjonat tal-Formula 1 seba’ darbiet, kellu jieħu post il-midrub Felipe Massa.
|
||
Il-Brażiljan sofra ġrieħi serji f’rasu wara li ħabat waqt il-Grand Prix tal-Ungerija tal-2009.
|
||
Massa għandu jibqa’ barra għal mill-inqas il-kumplament tal-istaġun tal-2009.
|
||
Il-Ministru Presidenzjali Rodrigo Arias qal li Arias irriżulta pożittiv għal każ ħafif tal-virus.
|
||
Il-kundizzjoni tal-president hija stabbli, għalkemm huwa se jkun iżolat id-dar għal diversi jiem.
|
||
Apparti d-deni u l-uġigħ fi ġriżmejja, jiena nħossni tajjeb u kapaċi nwettaq ix-xogħol tiegħi bit-telexogħol.
|
||
Nistenna li nirritorna għad-dmirijiet kollha tiegħi nhar it-Tnejn," qal Arias fi stqarrija.
|
||
Felicia, li darba kienet maltempata tal-Kategorija 4 fuq l-Iskala tal-Uragani Saffir-Simpson, iddgħajfet għal depressjoni tropikali qabel ma sfat fix-xejn nhar it-Tlieta.
|
||
Il-fdalijiet tiegħu pproduċew xita fil-biċċa l-kbira tal-gżejjer, għalkemm s’issa, ma ġiet irrappurtata l-ebda ħsara jew għargħar.
|
||
Il-preċipitazzjoni, li laħqet 6.34 pulzieri f'gejġ f'Oahu, kienet deskritta bħala "benefiċjarja".
|
||
Ftit mix-xita kienet akkumpanjata minn maltempati bir-ragħad u sajjetti frekwenti.
|
||
It-Twin Otter kien qed jipprova jillandja f'Kokoda lbieraħ bħala t-Titjira CG4684 ta' Airlines PNG, imma kien diġà abortixxa darba.
|
||
Madwar għaxar minuti qabel ma kellha tillandja wara t-tieni approċċ tagħha, sparixxiet.
|
||
Il-post tal-ħabta ġie lokalizzat illum u tant huwa inaċċessibbli li żewġ pulizija ġew imniżżlin fil-ġungla biex jagħmlu hike sal-post u jaraw jekk isibux xi superstiti.
|
||
It-tfittxija kienet imxekkla mill-istess temp ħażin li kkaġuna l-inżul abortit.
|
||
Skont ir-rapporti, appartament fi Triq Macbeth sploda minħabba tnixxija ta' gass.
|
||
Uffiċjal mal-kumpanija tal-gass kien qed jirrapporta fil-post wara li ġar ċempel rigward tnixxija tal-gass.
|
||
Meta wasal l-uffiċjal, l-appartament sploda.
|
||
Ma ġewx irrappurtati korrimenti serji, iżda mill-inqas ħames persuni li kienu fuq il-post waqt l-isplużjoni ġew trattati għal sintomi ta’ xokk.
|
||
Ma kien hemm ħadd fl-appartament.
|
||
Dak iż-żmien, kważi 100 resident ġew evakwati miż-żona.
|
||
Kemm il-golf kif ukoll ir-rugby huma mistennija li jirritornaw fil-Logħob Olimpiku.
|
||
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali vvota biex jinkludi l-isports fil-laqgħa tal-bord eżekuttiv tiegħu ġewwa Berlin illum. Ir-rugby, b'mod speċifiku r-rugby union, u l-golf intgħażlu fuq ħames sports oħra biex jitqiesu sabiex jipparteċipaw fl-Olimpjadi.
|
||
L-isquash, il-karate u l-isports fuq ir-roti ppruvaw jidħlu fil-programm Olimpiku, bħalma għamlu l-baseball u s-softball, li ġew ivvutati barra mill-Logħob Olimpiku fl-2005.
|
||
Il-vot għad irid jiġi rratifikat mill-IOC sħiħ fil-laqgħa tiegħu ta' Ottubru f'Copenhagen.
|
||
Mhux kollha appoġġjaw l-inklużjoni tal-karigi tan-nisa.
|
||
Amir Khan, rebbieħ ta' midalja tal-fidda fl-Olimpijadi tal-2004, qal, "Fil-fond ta' qalbi nħoss li n-nisa m'għandhomx jiġġieldu. Dik l-opinjoni tiegħi."
|
||
Minkejja l-kummenti tiegħu, huwa qal li se jkun qed jappoġġja lill-kompetituri Ingliżi fl-Olimpjadi tal-2012 li jsiru f’Londra.
|
||
Il-proċess tal-qorti sar fil-Qorti tal-Kuruna ta' Birmingham u ntemm fit-3 ta' Awwissu.
|
||
Il-preżentatur, li kien arrestat fuq il-post, ċaħad l-attakk u stqarr li uża l-arblu biex jipproteġi lilu nnifsu mill-fliexken li bdew jintefgħu lejh minn kważi tletin persuna.
|
||
Blake huwa ħati wkoll li pprova jostakola l-ġustizzja.
|
||
L-imħallef qal lil Blake li kien "kważi inevitabbli" li se jintbagħat il-ħabs.
|
||
L-enerġija mudlama hija forza totalment inviżibbli li għandha azzjoni kontinwa fuq l-univers.
|
||
L-eżistenza tiegħu hija magħrufa biss minħabba l-effetti tiegħu fuq l-espansjoni tal-univers.
|
||
Ix-xjentisti skoprew forom ta’ art mifruxin mal-wiċċ tal-qamar imsejħa skarpi tal-lobat li apparentement irriżultaw mit-tnaqqis bil-mod ħafna fid-daqs tal-qamar.
|
||
Dawn l-iskarps kienu nstabu madwar il-qamar kollu u jidher li ġew affettwati minimament mit-temp, li jindika li l-avvenimenti ġeoloġiċi li ħolquhom kienu pjuttost reċenti.
|
||
Din it-teorija tikkontradixxi l-asserzjoni li l-qamar huwa kompletament nieqes mill-attività ġeoloġika.
|
||
Huwa allegat li Ir-raġel saq vettura ta’ tliet roti armata bi splussivi ġol-folla.
|
||
Ir-raġel suspettat li sploda l-bomba ġie detenut, wara li ġarrab ġrieħi minħabba l-isplużjoni.
|
||
Ismu għadu mhux magħruf mal-awtoritajiet, għalkemm jafu li huwa membru tal-grupp etniku Uighur.
|
||
Nadia, imwielda fis-17 ta’ Settembru 2007 permezz ta’ sezzjoni Ċesarja ġewwa klinika tal-maternità f'Aleisk, ir-Russja, kienet tiżen piż kbir ħafna ta’ 17-il libbra u uqija.
|
||
"Konna kollha sempliċement f'xokk," stqarret l-omm.
|
||
Meta ġiet mistoqsija x'qal il-missier, hija wieġbet "Ma seta' jgħid xejn - qagħad biss wieqaf ipetpet għajnejh."
|
||
Dan se jġib ruħu bħall-ilma. Huwa trasparenti bħall-ilma.
|
||
Allura kieku kellek tkun bil-wieqfa max-xatt, tkun tista’ tara ’l isfel lejn kwalunkwe ċagħaq jew imbarazz li kien hemm fil-qiegħ.
|
||
Stofan żied jgħid, Sa fejn nafu, hemm korp planetarju wieħed biss li juri iktar dinamiżmu minn Titan, u din hija d-Dinja".
|
||
Il-kwistjoni bdiet fl-1 ta’ Jannar meta għexieren ta’ residenti lokali bdew jilmentaw mal-Uffiċċju Postali ta’ Obanazawa li ma rċevewx il-kards tas-Sena l-Ġdida tradizzjonali u regolari tagħhom.
|
||
Ilbieraħ, l-uffiċċju postali ta l-apoloġija tiegħu liċ-ċittadini u l-midja wara li ndunaw li t-tifel kien ħeba aktar minn 600 dokument postali, inklużi 429 kartolina ta' Awguri għas-Sena l-Ġdida, li ma twasslux għand min kellu jirċevihom.
|
||
L-orbiter lunari mingħajr ekwipaġġ Chandrayaan-1 ħareġ is-Sonda tal-Impatti Lunari (MIP) tiegħu, li niżlet b'veloċità ta' 1.5 kilometru kull sekonda (3,000 mil kull siegħa) fuq wiċċ il-qamar, u llandjat b'suċċess b'ħabta qrib il-pol tan-Nofsinhar tal-Qamar.
|
||
Minbarra li ġġorr tliet strumenti xjentifiċi importanti, is-sonda tal-qamar ġarret ukoll l-istampa tal-bandiera nazzjonali Indjana, miżbugħa fuq in-naħat kollha.
|
||
Grazzi lil dawk li appoġġjaw ħabsi bħali," ġie kkwotat jgħid Siriporn f’konferenza stampa.
|
||
Xi wħud jistgħu ma jaqblux imma jien ma jimpurtanix.
|
||
Ninsab ferħan li hemm min hu lest li jappoġġjani.
|
||
Sa mill-indipendenza Pakistana mill-ħakma Ingliża fl-1947, il-President Pakistani ħatar "Aġenti Politiċi" biex jirregolaw lil FATA, li jeżerċitaw kontroll awtonomu kważi komplut fuq iż-żoni.
|
||
Dawn l-aġenti għandhom responsabbiltà biex jipprovdu servizzi governattivi u ġudizzjarji skont l-Artikolu 247 tal-Kostituzzjoni Pakistana.
|
||
Għal ħabta tal-10 ta' filgħodu ħin lokali ġġarfet ħostel f'Mekka, il-belt qaddisa tal-Iżlam.
|
||
Il-bini kien fih għadd ta’ pellegrini li ġew iżuru l-belt qaddisa lejliet il-pellegrinaġġ ta’ hajj.
|
||
Il-mistednin tal-ħostel kienu l-iktar ċittadini tal-Emirati Għarab Magħquda.
|
||
In-numru ta' mwiet huwa mill-inqas 15, u dan in-numru mistenni li jiżdied.
|
||
Leonov, magħruf ukoll bħala "kosmonawta Nru 11", kien parti mit-tim oriġinali tal-kosmonawti tal-Unjoni Sovjetika.
|
||
Fit-18 ta’ Marzu 1965, huwa wettaq l-ewwel attività ekstraveikulari ekwipaġġata (EVA), jew "mixja fl-ispazju", u baqa’ waħdu barra l-vettura spazjali għal ftit iktar minn tnax-il minuta.
|
||
Huwa rċieva l-“"Hero of the Soviet Union"” (Eroj tal-Unjoni Sovjetika), l-ogħla unur tal-Unjoni Sovjetika, għal xogħlu.
|
||
Għaxar snin wara, huwa mexxa l-parti Sovjetika tal-missjoni Apollo–Soyuz li tissimbolizza li t-Tiġrija Spazjali kienet tlestiet.
|
||
Hija qalet li, "M’hemm ebda intelligence li tissuġġerixxi li huwa mistenni attakk b’mod imminenti.
|
||
Madankollu, it-tnaqqis tal-livell ta’ theddida għal sever ma jfissirx li t-theddida ġenerali marret."
|
||
Waqt li l-awtoritajiet m'humiex żguri dwar il-kredibilità tat-theddida, l-Awtorità tat-Trasport ta' Maryland għamlet l-għeluq imħeġġa mill-FBI.
|
||
Intużaw dump trucks biex jimblukkaw l-entrati tat-tube u l-assistenza ta’ 80 pulizija kienet disponibbli biex jidderieġu lis-sewwieqa lejn id-devjazzjonijiet.
|
||
Ma kienx hemm rapporti ta' dewmien ikkaġunat minn traffiku qawwi fil-beltway, ir-rotta alternattiva tal-belt.
|
||
Qabel, in-Niġerja kienet ħabbret li ppjanat li tingħaqad mal-AfCFTA fil-ġimgħa ta’ qabel is-summit.
|
||
Il-kummissarju għall-kummerċ u l-industrija tal-UA Albert Muchanga ħabbar li Benin kellu jingħaqad.
|
||
Il-kummissarju qal, "Għadna ma qbilniex dwar ir-regoli tal-oriġini u l-konċessjonijiet tat-tariffi, imma l-qafas li għandna huwa suffiċjenti biex nibdew in-negozju fl-1 ta’ Lulju 2020".
|
||
L-istazzjon żamm l-attitudni tiegħu, minkejja t-telf tal-ġiroskopju aktar kmieni fil-missjoni tal-istazzjon spazjali, sat-tmiem tal-mixja fl-ispazju.
|
||
Chiao u Sharipov irrappurtaw li jinsabu f’distanza sigura ’l bogħod mill-propulsuri għall-aġġustament tal-attitudni.
|
||
Il-kontroll mill-art Russu attiva l-ġettijiet u reġgħet inkisbet l-attitudni normali tal-istazzjon.
|
||
Il-każ ġie pproċessat ġewwa Virginia minħabba li fiha hemm il-fornitur ewlieni tas-servizz tal-internet AOL, il-kumpanija li instigat l-akkużi.
|
||
Din hija l-ewwel darba li nkisbet kundanna bl-użu tal-leġiżlazzjoni ppromulgata fl-2003 biex titrażżan il-posta elettronika bil-kwantità, minn distribuzzjoni mhux mitluba għall-kaxxi tal-ittri tal-utenti.
|
||
Is-sena l-oħra, f'Jannar tal-2017, Jesus li għandu 21 sena ngħaqad ma' Manchester City mingħand il-klabb Brażiljan Palmeiras għas-somma, skont ir-rapporti, ta' £27 miljun.
|
||
Sa minn dakinhar, il-Brażiljan deher fi 53 partita għall-klabb fil-kompetizzjonijiet kollha u skorja 24 gowl.
|
||
Dr Lee esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar rapporti li t-tfal fit-Turkija issa ġew infettati bil-virus tal-influwenza tat-tjur A(H5N1) mingħajr ma mardu.
|
||
Huwa nnota li, Xi studji jissuġġerixxu li l-marda trid issir inqas letali qabel tkun tista’ tikkawża epidemija globali.
|
||
Hemm tħassib li l-pazjenti jistgħu jkomplu jinfettaw aktar nies billi jibqgħu jagħmlu r-rutina tagħhom ta' kuljum jekk is-sintomi tal-influwenza jibqgħu ħfief.
|
||
Leslie Aun, kelliem għall-Fondazzjoni Komen, qal li l-organizzazzjoni adottat regola ġdida li ma tippermettix li jingħataw għotjiet jew fondi lil organizzazzjonijiet li jinsabu taħt investigazzjoni legali.
|
||
Il-politika ta’ Komen skwalifikat lil Planned Parenthood minħabba investigazzjoni pendenti dwar kif Planned Parenthood tonfoq u tirrapporta l-flus tagħha li qiegħda ssir mir-Rappreżentant Cliff Stearns.
|
||
Stearns qed jinvestiga jekk it-taxxi jintużawx biex jiffinanzjaw l-abort permezz ta’ Planned Parenthood fir-rwol tiegħu bħala president tas-Sottokumitat ta’ Sorveljanza u Investigazzjonijiet, li jaqa’ taħt il-qafas tal-Kumitat għall-Enerġija u l-Kummerċ tad-Dar.
|
||
L-eks gvernatur ta’ Massachusetts Mitt Romney rebaħ l-elezzjoni primarja presidenzjali tal-Partit Repubblikan ta’ Florida nhar it-Tlieta b’aktar minn 46 fil-mija tal-voti.
|
||
L-eks Speaker tal-Kamra tal-Istati Uniti Newt Gingrich ġie t-tieni bi 32 fil-mija.
|
||
Bħala stat fejn ir-rebbieħ jirbaħ kollox, Florida tat il-ħamsin delegati kollha tagħha lil Romney, u b’hekk tagħtu spinta ’il quddiem bħala kandidat fuq quddiem nett fin-nomina tal-Partit Repubblikan.
|
||
L-organizzaturi tal-protesta qalu li kien hemm madwar 100,000 persuna fi bliet Ġermaniżi bħal Berlin, Cologne, Hamburg, u Hanover.
|
||
F’Berlin, il-pulizija stmat li kien hemm madwar 6,500 dimostrant.
|
||
Saru protesti wkoll ġewwa Pariġi, Sofia fil-Bulgarija, Vilnius fil-Litwanja, Valletta f’Malta, Tallinn fl-Estonja, u Edinburgh u Glasgow fl-Iskozja.
|
||
F’Londra, madwar 200 persuna pprotestaw quddiem xi uffiċċji ewlenin tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
|
||
Ix-xahar li għadda, kien hemm protesti kbar fil-Polonja meta dak il-pajjiż iffirma ACTA, li wassal biex il-gvern Pollakk jiddeċiedi li ma jirratifikax il-ftehim, għalissa.
|
||
Kemm il-Latvja kif ukoll is-Slovakkja dewwmu l-proċess biex jissieħbu fl-ACTA.
|
||
L-għaqda tal-Liberazzjoni tal-Annimali u s-Soċjetà Rjali għall-Prevenzjoni tal-Moħqrija tal-Annimali (RSPCA) qed terġa' ssemma' leħinha rigward l-installazzjoni obbligatorja tal-kameras tas-CCTV fil-biċċeriji Awstraljani kollha.
|
||
L-ispettur ewlieni tal-RSPCA ta’ New South Wales David O’Shannessy qal lill-ABC li s-sorveljanza u l-ispezzjonijiet tal-biċċeriji għandhom ikunu komuni fl-Awstralja.
|
||
"Is-CCTV ċertament jibgħat sinjal ċar lil dawk in-nies li jaħdmu mal-annimali li l-benesseri tagħhom huwa l-ikbar prijorità."
|
||
Il-mappa tat-terremoti internazzjonali tas-Servej Ġeoloġiku tal-Istati Uniti m'uriet l-ebda terremot fl-Iżlanda fil-ġimgħa ta' qabel.
|
||
L-Uffiċċju Meteoroloġiku Iżlandiż ukoll ma rrapportax attività ta’ terremot fiż-żona ta’ Hekla fl-aħħar 48 siegħa.
|
||
L-attività sinifikanti tat-terremoti li rriżultat fil-bidla tal-fażi kienet seħħet fl-10 ta' Marzu fin-naħa tal-Grigal tal-kaldera tal-quċċata tal-vulkan.
|
||
Ġie rrappurtat sħab skur mhux konness ma’ attività vulkanika fil-bażi tal-muntanja.
|
||
Is-sħab ippreżenta l-potenzjal għal konfużjoni dwar jekk saritx eruzzjoni attwali jew le.
|
||
Il-Luno kellu 120–160 metru kubu ta’ karburant fuqu meta nkiser u rjieħ qawwija u mewġ imbuttawh fid-diga.
|
||
Il-ħelikopters salvaw it-tnax-il membru tal-ekwipaġġ u l-unika ferita kienet imnieħer miksur.
|
||
Il-vapur ta’ 100 metru kien fi triqtu biex jiġbor il-merkanzija tas-soltu tal-fertilizzant u, għall-ewwel, l-uffiċjali beżgħu li l-bastiment jista’ jxerred tagħbija.
|
||
L-emenda proposta diġà għaddiet miż-żewġ kmamar fl-2011.
|
||
Saret bidla f'din is-sessjoni leġislattiva meta t-tieni sentenza l-ewwel ġiet imħassra mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mbagħad it-Tnejn ġiet mgħoddija f'forma simili mis-Senat.
|
||
Il-falliment tat-tieni sentenza, li tipproponi l-projbizzjoni ta’ unjonijiet ċivili tal-istess sess, jista’ possibilment jiftaħ il-bieb għal unjonijiet ċivili fil-futur.
|
||
Wara l-proċess, l-HJR-3 se jerġa’ jiġi rivedut mil-leġiżlatura eletta li jmiss fl-2015 jew fl-2016 biex jibqa’ fil-proċess.
|
||
Il-kisbiet ta' Vautier barra mid-direzzjoni jinkludu strajk tal-ġuħ fl-1973 kontra dak li kien iqis bħala ċensura politika.
|
||
Il-liġi Franċiża nbidlet. L-attiviżmu tiegħu mar lura għal meta kellu 15-il sena fejn ingħaqad mar-Reżistenza Franċiża matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
|
||
Huwa ddokumenta lilu nnifsu ġo ktieb tal-1998.
|
||
Fis-sittinijiet huwa mar lura lejn l-Alġerija li kienet għadha kemm saret indipendenti biex jgħallem id-direzzjoni tal-films.
|
||
Il-judoka Ġappuniż Hitoshi Saito, li rebaħ żewġ medalji Olimpiċi tad-deheb, miet tal-età ta’ 54 sena.
|
||
Il-kawża tal-mewt tħabbret bħala kanċer tal-kanal tal-bili intraepatiku.
|
||
Huwa miet f’Osaka nhar it-Tlieta.
|
||
Apparti eks-champion Olimpiku u Dinji, Saito kien il-president tal-kumitat tat-taħriġ tal-Federazzjoni Ġappuniża tal-Ġudo “All Japan Judo Federation” fil-ħin tal-mewt tiegħu.
|
||
Mill-inqas 100 persuna attendew il-party, biex jiċċelebraw l-ewwel anniversarju ta’ koppja li t-tieġ tagħhom kien sar is-sena ta’ qabel.
|
||
Avveniment formali tal-anniversarju kien skedat għal data aktar tard, qalu l-uffiċjali.
|
||
Il-koppja kienu żżewġu f’Texas sena ilu u ġew Buffalo biex jiċċelebraw mal-ħbieb u l-qraba.
|
||
Ir-raġel ta’ 30 sena, li twieled Buffalo, kien wieħed mill-erba’ persuni maqtulin fl-isparatura, imma martu ma nlaqtitx.
|
||
Karno huwa tutur Ingliż magħruf iżda kontroversjali li għallem taħt Modern Education u King’s Glory li ddikjara li kellu 9,000 student fl-aqwa tal-karriera tiegħu.
|
||
Fin-noti tiegħu huwa uża diskors li xi ġenituri kkunsidrawh vulgari, u huwa rrappurtat li uża l-profanità fil-klassi.
|
||
Modern Education akkużatu li stampa riklami kbar fuq karozzi tal-linja mingħajr permess u li gideb billi qal li kien tutur ewlieni tal-Ingliż.
|
||
Preċedentement, ġie akkużat ukoll bi ksur tad-drittijiet tal-awtur, iżda mhux imputat.
|
||
Wieħed li qabel kien student qal li huwa 'uża s-slang fil-klassi, għallem il-ħiliet tad-dating f'noti, u kien qisu l-ħabib tal-istudenti'.
|
||
Matul l-aħħar tliet deċennji, minkejja li uffiċjalment baqgħet stat komunista, iċ-Ċina żviluppat ekonomija tas-suq.
|
||
L-ewwel riformi ekonomiċi saru taħt it-tmexxija ta’ Deng Xiaoping.
|
||
Sa minn dakinhar, id-daqs ekonomiku taċ-Ċina kiber b’90 darba.
|
||
Għall-ewwel darba, is-sena li għaddiet iċ-Ċina esportat aktar karozzi mill-Ġermanja u qabżet lill-Istati Uniti bħala l-ikbar suq f’din l-industrija.
|
||
Il-PDG taċ-Ċina jista’ jiġi akbar mill-Istati Uniti fi żmien għoxrin sena.
|
||
Il-Maltempata Tropikali Danielle, ir-raba' maltempata b'isem tal-istaġun tal-uragani tal-Atlantiku tal-2010, iffurmat fl-Oċean Atlantiku tal-Lvant.
|
||
Il-maltempata, li tinsab madwar 3,000 mil minn Miami, fi Florida, għandha irjieħ sostnuti massimi ta' 40 mph (64 kph).
|
||
It-tbassir tax-xjentisti fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Uragani huwa li Danielle se titqawwa u ssir uragan sa nhar l-Erbgħa.
|
||
Peress li l-maltempata hija ’l bogħod mill-art, jibqa’ jkun diffiċli li wieħed jevalwa l-impatt potenzjali fuq l-Istati Uniti jew il-Karibew.
|
||
Imwieled fil-belt kapitali Kroata, Żagreb, Bobek kiseb fama waqt li kien jilgħab għal Partizan Belgrade.
|
||
Huwa ngħaqad magħhom fl-1945 u dam sal-1958.
|
||
Matul iż-żmien tiegħu mat-tim, huwa skorja 403 gowl f’468 dehra.
|
||
Ħadd ieħor qatt ma deher iktar jew skorja iktar gowls għall-klabb minn Bobek.
|
||
Fl-1995, ġie vvutat bħala l-aqwa plejer fl-istorja ta’ Partizan.
|
||
Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew bi spettaklu speċjali mill-grupp magħruf mad-dinja kollha Cirque du Soleil.
|
||
Ġie segwit mill-Orkestra Sinfonika tal-Istat ta’ Istanbul, banda Janissarja, u l-kantanti Fatih Erkoç u Müslüm Gürses.
|
||
Wara, id-Dirwixi tad-Tidwir telgħu fuq il-palk.
|
||
Id-diva Torka Sezen Aksu għamlet esibizzjonijiet mat-tenur Taljan Alessandro Safina u l-kantanta Griega Haris Alexiou
|
||
Bħala għeluq, il-grupp taż-żfin Tork Nar ta' Anatolja ppreżentaw l-ispettaklu "Troy".
|
||
Peter Lenz, sewwieq tal-muturi ta’ 13-il sena, miet wara li kien involut f’ħabta fl-Indianapolis Motor Speedway.
|
||
Waqt li kien qed idur id-dawra ta' tħejjija għat-tellieqa, Lenz waqa' minn fuq ir-rota tiegħu, u mbagħad intlaqat minn Xavier Zayat, li wkoll kien se jtellaq fit-tellieqa.
|
||
Huwa ngħata attenzjoni immedjata mill-istaff mediku fuq it-track u ġie ttrasportat lejn sptar lokali fejn, wara, miet.
|
||
Zayat ma weġġax fl-inċident.
|
||
Rigward is-sitwazzjoni finanzjarja globali, Zapatero kompla billi qal li "s-sistema finanzjarja hija parti mill-ekonomija, parti kruċjali.
|
||
Għandna kriżi finanzjarja li ilha sena, li kellha l-aktar mument akut tagħha fl-aħħar xahrejn, u naħseb li issa s-swieq finanzjarji qed jibdew jirkupraw."
|
||
Il-ġimgħa li għaddiet, Naked News ħabbru li se jżidu drammatikament il-mandat tal-lingwa internazzjonali tagħhom għar-rappurtar tal-aħbarijiet, bi tliet xandiriet ġodda.
|
||
Wara li kienet diġà qed tirrapporta bl-Ingliż u l-Ġappuniż, l-organizzazzjoni globali issa qed tniedi programmi bl-Ispanjol, it-Taljan u l-Korean, għat-televixin, il-web, u l-apparat mobbli.
|
||
Fortunatament ma ġrali xejn, imma rajt xena makabra, meta n-nies ippruvaw ikissru t-twieqi biex joħorġu.
|
||
In-nies kienu qed jolqtu l-ħġieġ bis-siġġijiet, iżda t-twieqi ma kinux jinkisru.
|
||
Waħda mill-ħġiġiet fl-aħħar inkisret, u bdew ħerġin mit-tieqa," qal is-superstitu Franciszek Kowal.
|
||
L-istilel jitfgħu d-dawl u s-sħana minħabba l-enerġija magħmula meta l-atomi tal-idroġenu jingħaqdu (jew iġonġu) flimkien biex jiffurmaw elementi itqal.
|
||
Ix-xjentisti qed jaħdmu biex joħolqu reattur li jista’ jagħmel l-enerġija bl-istess mod.
|
||
Din, iżda, hija problema diffiċli ħafna biex insolvuha u jridu jgħaddu ħafna snin qabel naraw reatturi ta' fużjoni utli mibnijin.
|
||
Il-labra tal-azzar titla' fil-wiċċ tal-ilma minħabba t-tensjoni tas-superfiċje.
|
||
It-tensjoni tal-wiċċ isseħħ minħabba li l-molekuli tal-ilma fil-wiċċ tal-ilma huma attirati b’mod qawwi lejn xulxin aktar milli huma attirati lejn il-molekuli tal-arja ta’ fuqhom.
|
||
Il-molekuli tal-ilma jagħmlu ġilda inviżibbli fuq il-wiċċ tal-ilma li tippermetti li affarijiet bħal labra jifflowtjaw fuq l-ilma.
|
||
Ix-xafra fuq skejt tas-silġ moderna għandha tarf doppju b’ħofra konkava bejniethom. Iż-żewġt itruf jippermettu kontroll aħjar tas-silġ, anke meta jkunu mmejjlin.
|
||
Minħabba li l-parti t’isfel tax-xafra hija kemmxejn mgħawwġa, meta x-xafra tiġi mmejla fuq naħa waħda jew oħra, it-tarf li jkun f’kuntatt mas-silġ jitgħawweġ ukoll.
|
||
Dan jikkawża lill-iskejter idur. Jekk l-iskejts ixeqilbu lejn il-lemin, l-iskejter idur lejn il-lemin, jekk l-iskejts ixeqilbu lejn ix-xellug, l-iskejter idur lejn il-xellug.
|
||
Biex imorru lura għal-livell ta' enerġija preċedenti tagħhom, huma jridu jeħilsu mill-enerġija addizzjonali li ħadu mid-dawl.
|
||
Huma jagħmlu hekk billi jirilaxxaw partikula żgħira tad-dawl imsejħa "foton".
|
||
Ix-xjentisti jsejħu dan il-proċess "emissjoni ta’ radjazzjoni stimulata" minħabba li l-atomi huma stimulati mid-dawl qawwi, u jikkawżaw l-emissjoni ta’ foton ta’ dawl, u d-dawl huwa tip ta’ radjazzjoni.
|
||
L-istampa li jmiss turi l-atomi jarmu l-fotoni. Naturalment, fir-realtà, il-fotoni huma ħafna iżgħar minn dawk fl-istampa.
|
||
Il-fotoni huma saħansitra iżgħar mill-affarijiet li huma magħmulin minnhom l-atomi!
|
||
Wara mijiet ta' sigħat ta' tħaddim il-filament fil-bozza eventwalment jinħaraq u l-bozza tad-dawl ma taħdimx aktar.
|
||
Il-bozza tad-dawl imbagħad trid tinbidel. Jeħtieġ li toqgħod attent meta tibdel il-bozza tad-dawl.
|
||
L-ewwel, l-iswiċċ għall-bozza jrid ikun mitfi jew il-kejbil ikun maqlugħ.
|
||
Dan għaliex l-elettriku li jidħol fis-sokit fejn tpoġġi l-parti metallika tal-bozza jista' jagħtik xokk elettriku sever jekk tmiss in-naħa ta' ġewwa tas-sokit jew il-bażi tal-metall tal-bozza waqt li tkun għadha parzjalment fis-sokit.
|
||
Il-qalb hija l-organu ċentrali tas-sistema ċirkolatorja, li tippompja d-demm.
|
||
Id-demm jitlaq mill-qalb permezz ta’ tubi msejħa arterji u jerġa’ lura fil-qalb permezz ta’ tubi msejħa vini. L-iżgħar tubi jissejħu kapillari.
|
||
Is-snien tat-triċeratops kienu kapaċi jkissru mhux il-weraq biss iżda anke fergħat u għeruq iebsin ħafna.
|
||
Xi xjenzati jaħsbu li t-Triceratops kienu jieklu ċikadi, li huma tip ta’ pjanta li kienet komuni fil-Kretaċju.
|
||
Dawn il-pjanti jidhru qishom siġra żgħira tal-palm b'kuruna ta' weraq b'xifer jaqta' u bil-ponta.
|
||
Triċeratops seta’ juża l-munqar b’saħħtu tiegħu biex ineħħi l-weraq qabel jiekol iz-zokk.
|
||
Xjentisti oħra jargumentaw li dawn il-pjanti huma velenużi ħafna u allura huwa improbabbli li kielhom xi dinosawru, anki jekk illum il-folivoru (“sloth”) u annimali oħra bħall-pappagall (dixxendent tad-dinosawri) jistgħu jieklu weraq velenuż jew frott.
|
||
X'effett ikollha fuqi l-ġibda tal-gravità ta’ Io? Jekk toqgħod fuq il-wiċċ ta’ Io, int tkun tiżen inqas milli tiżen fid-Dinja.
|
||
Persuna li tiżen 200 libbra (90 kg) fuq id-Dinja jkun jiżen madwar 36 libbra (16-il kg) fuq Io. Mela l-gravità, naturalment, tiġbed inqas fuqek.
|
||
Ix-Xemx m'għandhiex qoxra bħad-Dinja li tista' toqgħod fuqha. Ix-Xemx kollha hija magħmula minn gassijiet, nar, u plażma.
|
||
Il-gass jitraqqaq iktar ma tmur ’il bogħod miċ-ċentru tax-Xemx.
|
||
Il-parti ta' barra li tidher meta nħarsu lejn ix-Xemx tissejjaħ il-fotosfera, li tfisser "ballun tad-dawl".
|
||
Madwar tlett elef sena wara, fl-1610, l-astronomu Taljan Galileo Galilei uża teleskopju biex josserva li Venus għandha l-fażijiet, kif għandu l-qamar.
|
||
Il-fażijiet jiġru għax in-naħa ta’ Venere (jew tal-Qamar) faċċata tax-Xemx biss hija mdawla. Il-fażijiet ta’ Venere sostnew it-teorija ta’ Copernicus li l-pjaneti jduru max-Xemx.
|
||
Imbagħad, ftit snin wara fl-1639, astronomu Ingliż li jismu Jeremiah Horrocks osserva transitu ta’ Venere.
|
||
L-Ingilterra kienet esperjenzat perjodu twil ta’ paċi wara r-rikonkwista tad-Danelaw.
|
||
Madankollu fid-991 Ethelred iffaċċja flotta Vikinga ikbar minn kwalunkwe waħda minn ta’ Guthrum is-seklu qabel.
|
||
Din il-flotta kienet immexxija minn Olaf Trygvasson, Norveġiż b'ambizzjonijiet li joħroġ lil pajjiżu mid-dominazzjoni Daniża.
|
||
Wara t-telfiet militari tal-bidu, Ethelred kien kapaċi jasal fi qbil ma' Olaf, li mar lura fin-Norveġja biex jipprova jikseb is-saltna tiegħu imma ma rnexxilux għal kollox.
|
||
Hangeul huwa l-uniku alfabet ivvintat apposta li jintuża b’mod popolari ta' kuljum. L-alfabet ġie ivvintat fl-1444 fi żmien ir-Re Sejong (1418 - 1450).
|
||
Ir-Re Sejong kien ir-raba’ re tad-Dinastija Joseon u huwa wieħed mill-aktar rejiet irrispettati.
|
||
Oriġinarjament, huwa semma l-alfabet Hangeul Hunmin Jeongeum, li tfisser "il-ħsejjes korretti għall-istruzzjoni tan-nies".
|
||
Hemm ħafna teoriji dwar kif inħoloq is-Sanskrit. Waħda minnhom hija dwar migrazzjoni Arjana mill-Punent għal ġol-Indja u l-Arjani ġabu l-lingwa tagħhom magħhom.
|
||
Is-Sanskrit hija lingwa antika u tista' titqabbel mal-lingwa Latina mitkellma fl-Ewropa.
|
||
L-iktar ktieb antik magħruf fid-dinja inkiteb bis-Sanskrit. Wara li ġew ikkumpilati l-Upanishads, is-Sanskrit għeb minħabba l-ġerarkija.
|
||
Is-Sanskrit huwa lingwa kumplessa u rikka ħafna, li serviet bħala s-sors għal ħafna lingwi Indjani moderni, l-istess bħalma l-Latin huwa s-sors għal-lingwi Ewropej bħall-Franċiż u l-Ispanjol.
|
||
Wara li ntemmet il-battalja għal Franza, il-Ġermanja bdiet it-tħejjijiet biex tinvadi l-gżira tal-Gran Brittanja.
|
||
Il-Ġermanja użat il-kodiċi “Operation Sealion” (Operazzjoni Iljun tal-Baħar) biex isemmi l-attakk. Ħafna mill-armi tqal u l-provvisti tal-Armata Ingliża kienu ntilfu meta evakwat minn Dunkirk, u minħabba f’hekk l-armata kienet pjuttost dgħajfa.
|
||
Iżda l-Flotta Rjali kienet għadha ferm iktar b’saħħitha mill-Flotta Ġermaniża (“Kriegsmarine”) u setgħet qerdet kwalunkwe flotta ta’ invażjoni mibgħuta mill-Kanal Ingliż.
|
||
Madankollu, kien hemm verament ftit vapuri tar-Royal Navy li kienu bbażati ħdejn ir-rotot ta’ invażjoni probabbli peress li l-ammirali kienu jibżgħu li jegħrqu minħabba attakk bl-ajru Ġermaniż.
|
||
Ejja nibdew bi spjegazzjoni dwar il-pjanijiet tal-Italja. Għall-Ġermanja u l-Ġappun, l-Italja kienet prinċipalment "ħuhom iż-żgħir".
|
||
Kellha armata aktar dgħajfa u flotta aktar dgħajfa, għalkemm kienu għadhom kemm bnew erba’ vapuri ġodda eżatt qabel bdiet il-gwerra.
|
||
L-għanijiet ewlenin tal-Italja kienu l-pajjiżi Afrikani. Biex jaqbdu lil dawk il-pajjiżi, huma jkollhom bżonn li jkollhom post minn fejn iniedu t-truppi, sabiex it-truppi jkunu jistgħu jbaħħru madwar il-Baħar Mediterran u jinvadu l-Afrika.
|
||
Għal dak, kellhom jeħilsu minn bażijiet u vapuri Ingliżi fl-Eġittu. Minbarra dawk l-azzjonijiet, il-vapuri tal-battalja tal-Italja ma kellhom jagħmlu xejn aktar.
|
||
Issa għall-Ġappun. Il-Ġappun kien pajjiż gżira, l-istess bħall-Gran Brittanja.
|
||
Is-sottomarini huma vapuri ddisinjati biex jivvjaġġaw taħt l-ilma, u jibqgħu hemm għal ammont ta’ żmien estiż.
|
||
Is-sottomarini ntużaw fl-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dak iż-żmien kienu jimxu bil-mod ħafna u kellhom firxa ta’ sparar limitata ħafna.
|
||
Meta bdiet il-gwerra, huma vvjaġġaw l-aktar fuq il-wiċċ tal-baħar, iżda hekk kif ir-radar beda jiżviluppa u jsir aktar preċiż is-sottomarini ġew sfurzati jidħlu taħt l-ilma biex jevitaw li jidhru.
|
||
Is-sottomarini Ġermaniżi kienu jissejħu U-Boats. Il-Ġermaniżi kienu tajbin ħafna biex jinnavigaw u jħaddmu s-sottomarini tagħhom.
|
||
Minħabba s-suċċess tagħhom bis-sottomarini, wara l-gwerra, il-Ġermaniżi mhumiex fdati b’ħafna minnhom.
|
||
Iva! Ir-Re Tutankhamun, kultant imsejjaħ "Ir-Re Tut" jew "It-Tifel Re", huwa wieħed mir-rejiet tal-Eġittu Antik l-aktar magħrufin fiż-żminijiet moderni.
|
||
B’mod interessanti, hu ma kienx ikkunsidrat importanti ħafna fl-antik u ma kienx irreġistrat fuq il-biċċa l-kbira tal-listi tar-rejiet tal-qedem.
|
||
Madankollu, l-iskoperta tal-qabar tiegħu fl-1922 għamlitu ċelebrità. Filwaqt li bosta oqbra tal-passat ġew misruqa, dan il-qabar prattikament ma ġiex disturbat.
|
||
Ħafna mill-oġġetti midfuna ma’ Tutankhamun ġew ippreservati sew, inklużi eluf ta’ artefatti magħmulin minn metalli prezzjużi u ħaġar rari.
|
||
L-invenzjoni tar-roti bil-magħżel għamlet il-karrijiet Assirjani eħfef, iktar veloċi, u mħejjija aħjar biex ikunu veloċi iktar mis-suldati u l-karrijiet l-oħra.
|
||
Il-vleġeġ mill-qwies li joqtlu tagħhom setgħu jidħlu fl-armatura tas-suldati rivali. Madwar 1000 Q.K, l-Assirjani introduċew l-ewwel kavallerija.
|
||
Il-kavallerija hija armata li tiġġieled fuq l-idhra taż-żwiemel. Is-sarġ ma kienx għadu ġie ivvintat, għalhekk il-kavallerija Assirjana ġġieldet fuq l-idhra għerja taż-żwiemel tagħha.
|
||
Aħna nafu ħafna politiċi, xjenzati, u artisti Griegi. Probabbilment l-aktar persuna magħrufa ta' din il-kultura hija Omeru, il-poeta agħma leġġendarju, li kkompona żewġ kapolavuri tal-letteratura Griega: il-poeżiji l-Iliad u l-Odissea.
|
||
Sophocles u Aristophanes għadhom drammaturgi popolari u d-drammi tagħhom huma kkunsidrati bħala fost l-aqwa xogħlijiet tal-letteratura dinjija.
|
||
Grieg famuż ieħor huwa l-matematiku Pitagora, l-aktar magħruf għat-teorema famuża tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn il-ġnub ta' trijangoli retti.
|
||
Hemm stimi li jvarjaw dwar kemm hemm nies li jitkellmu bil-Ħindi. Huwa stmat li dan jiġi bejn it-tieni u r-raba' lingwa l-aktar mitkellma fid-dinja.
|
||
In-numru ta’ kelliema nattivi ivarja skont jekk jingħaddux jew le djaletti relatati mill-qrib ħafna.
|
||
L-istimi jvarjaw minn 340 miljun sa 500 miljun kelliema, u massimu sa 800 miljun persuna jistgħu jifhmu l-lingwa.
|
||
Il-Ħindi u l-Urdu għandhom vokabularju simili iżda l-iskrittura hija differenti; waqt il-konverżazzjonijiet ta’ kuljum, il-kelliema taż-żewġ lingwi normalment jistgħu jifhmu lil xulxin.
|
||
Madwar is-seklu 15, l-Estonja ta’ Fuq kienet taħt influwenza kulturali qawwija mill-Ġermanja.
|
||
Xi patrijiet Ġermaniżi riedu jieħdu lil Alla iktar qrib in-nies indiġeni, u għalhekk ivvintaw il-lingwa litterali Estonjana.
|
||
Kien ibbażat fuq l-alfabet Ġermaniż u ġie miżjud karattru wieħed "Õ/õ".
|
||
Mal-mogħdija taż-żmien, ħafna kliem li ġew mislufa mill-Ġermaniż ingħaqdu. Dan kien il-bidu tal-illuminiżmu.
|
||
Tradizzjonalment, il-werriet għat-tron imur dritt fil-militar wara li jispiċċa l-iskola.
|
||
Madankollu, Charles mar l-università fi Trinity College, Cambridge fejn studja l-Antropoloġija u l-Arkeoloġija u, iktar tard, l-Istorja, u rċieva 2:2 (lawrija ta’ livell baxx tat-tieni klassi).
|
||
Charles kien l-ewwel membru tal-Familja Rjali Ingliża li ngħata lawrja.
|
||
It-Turkija Ewropea (Thrace tal-Lvant jew Rumelia fil-peniżola tal-Balkani) tinkludi 3 % tal-pajjiż.
|
||
It-territorju tat-Turkija huwa aktar minn 1,600 kilometru (1,000 mil) twil u 800 km (500 mil) wiesa', b'forma bejn wieħed u ieħor rettangolari.
|
||
L-erja tat-Turkija, inklużi l-għadajjar, tokkupa 783,562 kilometru kwadru (300,948 mil kwadru), li minnhom 755,688 kilometru kwadru (291,773 mil kwadru) qegħdin fl-Asja tal-Lbiċ u 23,764 kilometru kwadru (9,174 mil kwadru) fl-Ewropa.
|
||
L-erja tat-Turkija tagħmilha s-37 waħda fost l-akbar pajjiżi tad-dinja, u hija kważi d-daqs ta' Franza Metropolitana u r-Renju Unit flimkien.
|
||
It-Turkija hija mdawra bl-ibħra fuq tliet naħat: il-Baħar Eġew fil-Punent, il-Baħar l-Iswed fit-Tramuntana u l-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar.
|
||
Il-Lussemburgu għandu storja twila iżda l-indipendenza tiegħu tibda mill-1839.
|
||
Partijiet tal-Belġju tal-lum il-ġurnata kienu parti mil-Lussemburgu fil-passat iżda saru Belġjani wara r-Rivoluzzjoni Belġjana tas-snin 1830.
|
||
Il-Lussemburgu dejjem ipprova jibqa’ pajjiż newtrali iżda kien okkupat kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija kif ukoll fit-Tieni Gwerra Dinjija mill-Ġermanja.
|
||
Fl-1957, il-Lussemburgu sar membru fundatur tal-organizzazzjoni li llum hija magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea.
|
||
Drukgyal Dzong huma fdalijiet ta’ fortizza u monasteru Buddist fil-parti ta’ fuq tad-Distrett ta’ Paro (ġewwa l-Villaġġ ta’ Phondey).
|
||
Jingħad li fl-1649, Zhabdrung Ngawang Namgyel ħoloq il-fortizza biex jikkommemora r-rebħa tiegħu kontra l-forzi Tibetani-Mongoljani.
|
||
Fl-1951, nar kien il-kawża li baqgħu biss uħud mill-fdalijiet tad-Drukgyal Dzong, bħall-immaġni ta’ Zhabdrung Ngawang Namgyal.
|
||
Wara n-nar, il-fortizza kienet ippreservata u mħarsa, u baqgħet biex saret waħda mill-attrazzjonijiet l-aktar sensazzjonali tal-Bhutan.
|
||
Matul is-seklu 18 il-Kambodja sabet ruħha magħfusa bejn żewġ ġirien b’saħħithom, it-Tajlandja u l-Vjetnam.
|
||
It-Tajlandiżi invadew lill-Kambodja ħafna drabi fis-seklu 18 u fl-1772 qerdu lil Phnom Phen.
|
||
Fl-aħħar snin tas-seklu 18 il-Vjetnamiżi invadew il-Kambodja wkoll.
|
||
Tmintax fil-mija tal-Venezwelani huma qiegħda, u ħafna minn dawk li huma impjegati jaħdmu fl-ekonomija informali.
|
||
Żewġ terzi tal-Venezwelani li jaħdmu jagħmlu hekk fis-settur tas-servizzi, kważi kwart jaħdmu fl-industrija u wieħed minn ħamsa jaħdem fl-agrikoltura.
|
||
Industrija importanti għal-Venezwelani hija dik taż-żejt, fejn il-pajjiż huwa esportatur nett, minkejja li wieħed fil-mija biss jaħdem fl-industrija taż-żejt.
|
||
Fil-bidu tal-indipendenza tan-nazzjon, l-għarfien espert tal-Ġonna Botaniċi ta’ Singapore għen biex jittrasforma l-gżira f’Belt Ġnien tropikali.
|
||
Fis-sena 1981, Vanda Miss Joaquim, ibrida orkidea, intgħażlet bħala l-fjura nazzjonali tan-nazzjon.
|
||
Kull sena lejn Ottubru kważi 1.5 miljun erbivori jivvjaġġaw lejn il-pjanuri tan-Nofsinhar, jaqsmu x-Xmara Mara, mill-għoljiet tat-Tramuntana għax-xita.
|
||
U mbagħad lura lejn it-Tramuntana minn ġol-Punent, u għal darb'oħra tinqasam ix-xmara Mara, wara x-xita li tinżel għal ħabta ta' April.
|
||
Ir-reġjun tas-Serengeti fih il-Park Nazzjonali tas-Serengeti, iż-Żona ta' Konservazzjoni ta' Ngorongoro u r-Riserva tal-Kaċċa ta' Maswa fit-Tanżanija u r-Riserva Nazzjonali tal-Mara tal-Maasai fil-Kenja.
|
||
It-tagħlim biex tinħoloq midja interattiva jeħtieġ ħiliet konvenzjonali u tradizzjonali, kif ukoll għodda magħrufin sewwa fi klassijiet interattivi (ippjanar ta’ stejjer, editjar tal-awdjo u l-vidjow, rakkontar ta’ stejjer, eċċ.)
|
||
Id-disinn interattiv jeħtieġ li inti terġa’ tivvaluta s-suppożizzjonijiet tiegħek dwar il-produzzjoni tal-midja u titgħallem taħseb b’modi mhux lineari.
|
||
Id-disinn interattiv jeħtieġ li l-komponenti ta’ proġett jikkonnettjaw flimkien, imma jridu jagħmlu sens bħala entità separata wkoll.
|
||
L-iżvantaġġ tal-lentijiet taż-żum huwa li l-kumplessità fokali u n-numru ta’ elementi tal-lenti meħtieġa biex tinkiseb firxa ta’ tulijiet fokali hija ħafna ikbar milli għal lentijiet fissi.
|
||
Din qed issir inqas problema minħabba li l-manifatturi tal-lentijiet qed jiksbu standards ogħla fil-produzzjoni tal-lentijiet.
|
||
Dan ippermetta li l-lentijiet żum jipprovdu stampi ta' kwalità paragunabbli ma' dik miksuba mil-lentijiet bit-tul fokali fiss.
|
||
Żvantaġġ ieħor tal-lentijiet żum huwa li l-apertura massima (il-veloċità) tal-lenti ġeneralment tkun aktar baxxa.
|
||
Minħabba dan huwa diffiċli biex lentijiet żum irħas jintużaw f'kundizzjonijiet ta' dawl baxx mingħajr flash.
|
||
Waħda mill-iktar problemi komuni meta tipprova taqleb film għal format DVD hija l-“overscan”.
|
||
Ħafna televiżjonijiet isiru b’tali mod li l-pubbliku ġenerali jogħġbuh.
|
||
Għal dik ir-raġuni, dak kollu li tara fuq it-TV kellu l-borduri maqtugħin, minn fuq, isfel u l-ġnub.
|
||
Dan isir biex jiġi żgurat li l-immaġni tkopri l-iskrin kollu. Dik tissejjaħ overscan.
|
||
Sfortunatament, meta tagħmel DVD, il-burduri tagħha probabbilment jinqatgħu ukoll, u jekk il-vidjow kellu s-sottotitoli qrib wisq tal-qiegħ, ma jiġux murija kompletament.
|
||
Il-kastell medjevali tradizzjonali ilu jispira l-immaġinazzjoni, u jikkonġura immaġnijiet ta' jousts, pranzijiet u l-kavallerat Arturjan.
|
||
Anke wieqaf f’nofs fdalijiet li għandhom elf sena, faċli li wieħed jiftakar il-ħsejjes u l-irwejjaħ ta’ battalji li ilhom li għaddew, li kważi tisma’ ċ-ċekċik tan-nagħal fuq iċ-ċangaturi u xxomm il-biża’ tiela’ mill-fosos ta’ taħt l-art.
|
||
Imma l-immaġinazzjoni tagħna hija bbażata fuq ir-realtà? Imma, qabel xejn, għal liema raġuni nbnew il-kastelli? Kif ġew iddisinjati u mibnija?
|
||
Tipiku għall-perjodu, il-Kastell Kirby Muxloe aktar qisu dar iffortifikata milli kastell veru.
|
||
It-twieqi kbar igglejżjati u l-ħitan irqaq tiegħu ma setgħux jirreżistu attakk determinat fit-tul.
|
||
Fis-snin 1480, meta l-kostruzzjoni tiegħu ġie mibdija minn Lord Hastings, il-pajjiż kien relattivament paċifiku u d-difiża kienet meħtieġa biss kontra faxex żgħar ta’ rejders li jduru.
|
||
Il-bilanċ tal-poter kienet sistema li fiha n-nazzjonijiet Ewropej ippruvaw iżommu s-sovranità nazzjonali tal-istati Ewropej kollha.
|
||
Il-kunċett kien li n-nazzjonijiet Ewropej kollha kellhom ifittxu li jimpedixxu lil nazzjon wieħed milli jsir b’saħħtu u, għalhekk, il-gvernijiet nazzjonali ħafna drabi bidlu l-alleanzi tagħhom sabiex jinżamm il-bilanċ.
|
||
Il-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola mmarkat l-ewwel gwerra li l-kwistjoni ċentrali tagħha kienet il-bilanċ tal-poter.
|
||
Dan immarka bidla importanti, minħabba li l-potenzi Ewropej ma setax ikollhom aktar l-iskuża li jkunu gwerer reliġjużi. Għalhekk, il-Gwerra ta' Tletin Sena tiġi l-aħħar gwerra bit-tikketta ta' gwerra reliġjuża.
|
||
It-tempju ta' Artemis f'Efesu nqered fil-21 ta' Lulju tat-356 QEK f'att ta' ħruq imwettaq minn Herostratus.
|
||
Skont l-istorja, il-motivazzjoni tiegħu kienet li jikseb il-fama akkost ta' kollox. L-Efesjani, irrabjati ħafna, ħabbru li isem Herostratus ma jiġi rrekordjat qatt.
|
||
L-istoriku Grieg Strabo iktar tard ħa nota tal-isem, li huwa kif nafu llum. It-tempju nqered fl-istess lejl li twieled Alessandru l-Kbir.
|
||
Alessandru, bħala r-re, offra li jħallas għall-bini mill-ġdid tat-tempju, imma l-offerta tiegħu ġiet miċħuda. Aktar tard, it-tempju nbena mill-ġdid fit-323 QEK.
|
||
Kun żgur li jdejk tkun rilassata kemm jista’ jkun waqt li xorta tolqot in-noti kollha b’mod korrett - ipprova wkoll tagħmilx ħafna moviment estranju b’subgħajk.
|
||
B'dan il-mod, se tgħejja lilek innifsek l-inqas possibbli. Ftakar li m'hemmx bżonn li tolqot it-tasti b'forza kbira għal aktar volum bħal fuq il-pjanu.
|
||
Fuq l-accordion, biex tikseb iktar volum, tuża l-minfaħ b’iktar pressjoni jew veloċità.
|
||
Il-mistiċiżmu huwa l-insegwiment ta’ komunjoni, identità, jew għarfien konxju ta’ realtà aħħarija, divinità, verità spiritwali, jew Alla.
|
||
Dawk li jemmnu jfittxu esperjenza diretta, intwizzjoni, jew għarfien dwar ir-realtà divina/l-alla jew l-allat.
|
||
Is-segwaċi japplikaw ċerti modi ta’ kif jgħixu, jew prattiki li huma maħsuba biex irawmu dawk l-esperjenzi.
|
||
Il-mistiċiżmu jista’ jiġi distint minn għamliet oħra ta’ twemmin u qima reliġjużi b'enfasi fuq l-esperjenza personali diretta ta’ stat ta’ kuxjenza uniku, partikolarment dawk ta’ karattru paċifiku, intuwittiv, hieni, jew saħansitra estatiku.
|
||
Is-Sikiżmu hija reliġjon li ġejja mis-subkontinent Indjan. Din oriġinat fir-reġjun tal-Punjab tul is-seklu 15 minn qasma settarja fit-tradizzjoni Ħindu.
|
||
Is-Sikh jikkunsidraw il-fidi tagħhom bħala reliġjon separata mill-Induiżmu għalkemm jirrikonoxxu l-għeruq u t-tradizzjonijiet mill-Indu tagħha.
|
||
Is-Sikhs isejħu r-reliġjon tagħhom Gurmat, li hija Punġabi għal "it-tagħlim tal-guru". Il-guru huwa aspett fundamentali tar-reliġjonijiet Indjani kollha iżda fis-Sikiżmu ħa importanza li tifforma l-qalba tat-twemmin Sikh.
|
||
Ir-reliġjon ġie stabbilit fis-seklu 15 minn Guru Nanak (1469–1539). Wara ġew disa' gurus oħra wara xulxin.
|
||
Madankollu, f’Ġunju 1956, il-wegħdiet ta’ Krushchev ġew ittestjati meta rewwixti fil-Polonja, fejn il-ħaddiema kienu qed jipprotestaw kontra nuqqas ta’ ikel u tnaqqis fi-pagi, inbidlu fi protesti ġenerali kontra l-Komuniżmu.
|
||
Għalkemm fl-aħħar, Krushchev bagħat it-tankijiet biex jerġgħu jistabbilixxu l-ordni, huwa fil-fatt ċeda għal xi talbiet ekonomiċi u aċċetta li jaħtar lil Wladyslaw Gomulka, li kien popolari, bħala l-prim ministru l-ġdid.
|
||
Iċ-Ċivilizzazzjoni tal-Wied tal-Indus kienet ċivilizzazzjoni tal-Età tal-Bronż fil-Majjistral tas-subkontinent Indjan li kienet tinkludi ħafna mill-Pakistan modern u xi reġjuni fil-Majjistral tal-Indja u l-Grigal tal-Afganistan.
|
||
Iċ-ċiviltà iffjorixxiet fil-baċiri tax-Xmara Indus minn fejn tieħu isimha.
|
||
Għalkemm xi studjużi jispekulaw li minħabba li ċ-ċiviltà eżistiet ukoll fil-baċiri tax-Xmara Sarasvati li issa nixfet, b'mod xieraq għandha tissejjaħ iċ-Ċiviltà Indus-Sarasvati, waqt li xi wħud isejħulha ċ-Ċiviltà ta' Ħarappa għal Ħarappa, l-ewwel wieħed mis-siti tagħha li ġie skavat fis-snin 20 tas-seklu għoxrin.
|
||
In-natura militaristika tal-imperu Ruman għenet fl-iżvilupp ta’ avvanzi mediċi.
|
||
It-tobba bdew jiġu reklutati mill-Imperatur Awgustu u saħansitra ffurmaw l-ewwel Korp Mediku Ruman għal użu fil-konsegwenzi tal-battalji.
|
||
Il-kirurgi kellhom għarfien dwar sedattivi varji inkluża morfina minn estratti taż-żerriegħa tal-peprin u skopolamina minn żrieragħ tal-herbane.
|
||
Huma saru profiċjenti fl-amputazzjoni biex isalvaw il-pazjenti mill-kankrena kif ukoll it-turniketti u l-klampi arterjali biex iwaqqfu l-fluss tad-demm.
|
||
Matul bosta sekli, l-imperu Ruman wassal għal kisbiet kbar fil-qasam tal-mediċina u fforma ħafna mill-għarfien li nafu llum.
|
||
L-origami Pureland huwa origami bir-restrizzjoni li tista’ ssir tinja darba biss kull darba, tinjiet iktar kumplessi bħal tinjiet b’lura mhumiex permessi, u t-tinjiet kollha għandhom postijiet sempliċi.
|
||
Ġie żviluppat minn John Smith fis-sebgħinijiet biex jgħin lil dawk li jitwu mingħajr esperjenza jew dawk b’ħiliet motorili limitati.
|
||
It-tfal jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward ir-razza u l-isterjotipi razzjali minn meta jkunu pjuttost żgħar u dawn l-isterjotipi razzjali jaffettwaw l-aġir tagħhom.
|
||
Pereżempju, tfal li jidentifikaw ruħhom bħala parti minn minoranza razzjali li hija sterjotipata bħala li mhix tajba fl-iskola għandhom tendenza li ma jkunux tajbin fl-iskola meta jiskopru l-isterjotip assoċjat mar-razza tagħhom.
|
||
MySpace huwa t-tielet l-iktar sit web popolari użata fl-Istati Uniti u għandu 54 miljun profil bħalissa.
|
||
Dawn is-siti web ingħataw ħafna attenzjoni, speċjalment fl-ambjent edukattiv.
|
||
Hemm aspetti pożittivi għal dawn is-siti web, li jinkludu li tkun tista' faċilment toħloq paġna tal-klassi li tista' tinkludi blogs, vidjows, ritratti, u karatteristiċi oħra.
|
||
Din il-paġna tista' tiġi aċċessata faċilment billi tipprovdi indirizz web wieħed biss, li jagħmilha faċli biex jiftakruh u faċli biex jittajpjawh għal studenti li jista' jkollhom problemi biex jużaw il-keyboard jew biex jispellu.
|
||
Jista’ jkun personalizzat biex jagħmilha faċli biex taqrah kif ukoll b’ammont ta’ kulur li tixtieq.
|
||
Id-Disturb ta’ Defiċit tal-Attenzjoni "huwa sindromu newroloġiku li t-tliet sintomi klassiċi tiegħu jinkludu impulsività, distrazzjoni, u iperattività jew eċċess ta’ enerġija".
|
||
Mhix diżabilità fit-tagħlim, hija disturb fit-tagħlim; din "taffettwa 3 sa 5 fil-mija tat-tfal kollha, forsi daqs 2 miljun tifel u tifla Amerikani".
|
||
It-tfal bl-ADD isibuha diffiċli li jiffokaw fuq affarijiet bħax-xogħol tal-iskola, iżda jistgħu jikkonċentraw fuq affarijiet li jħobbu jagħmlu bħal jilagħbu jew jaraw il-cartoons favoriti tagħhom jew jiktbu sentenzi mingħajr punteġġjatura.
|
||
Dawn it-tfal għandhom it-tendenza li jidħlu f'ħafna inkwiet, għax huma "jwettqu mġiba riskjuża, jiġġieldu, u jisfidaw l-awtorità" sabiex jistimulaw moħħhom, peress li moħħhom ma jistax jiġi stimulat b'metodi normali.
|
||
L-ADD taffettwa r-relazzjonijiet mat-tfal tal-istess età għax it-tfal l-oħra ma jistgħux jifhmu għaliex huma jaġixxu b'dak il-mod jew għaliex huma jispellu b'dak il-mod jew li l-livell tal-maturità tagħhom huwa differenti.
|
||
Meta l-abbiltà li jinkiseb għarfien u tagħlim inbidel bil-mod imsemmi hawn fuq, ir-rata bażi li biha nkiseb għarfien inbidlet ukoll.
|
||
L-approċċ għall-kisba ta' informazzjoni kien differenti. Ma kienx baqa’ pressjoni fuq il-ftakir individwali imma, pjuttost, saret enfasi fuq il-kapaċità tal-ftakir tat-test.
|
||
Essenzjalment, ir-Rinaxximent għamel bidla sinifikanti fl-approċċ għat-tagħlim u t-tixrid tal-għarfien.
|
||
B'kuntrast ma' primati oħra, il-ħominidi m'għadhomx jużaw idejhom fil-lokomozzjoni jew biex iġorru piż jew jitbandlu fost is-siġar.
|
||
L-id u s-sieq tax-ximpanżì huma simili fid-daqs u t-tul, li jirrifletti l-użu tal-id biex iġorr il-piż waqt il-mixi fuq l-għekiesi tas-swaba'.
|
||
L-id tal-bniedem hija iqsar mis-sieq, b’falanġi iktar dritti.
|
||
Fossili tal-għadam tal-idejn li għandhom żewġ miljun sa tliet miljun sena juru din il-bidla fl-ispeċjalizzazzjoni tal-idejn minn lokomozzjoni għal manipulazzjoni.
|
||
Xi nies jemmnu li jekk tesperjenza ħafna ħolm luċidu kkaġunat artifiċjalment spiss biżżejjed jista’ jkun eżawrjenti ħafna.
|
||
Ir-raġuni ewlenija għal dan il-fenomenu huwa r-riżultat tal-ħolm luċidu li jespandi t-tul ta’ żmien bejn l-istati REM.
|
||
B'inqas perjodi fl-irqad meta jkun hemm ċaqliq rapidu tal-għajnejn (REMs), dan l-istat li fih tesperjenza l-irqad vera u l-ġisem tiegħek jirkupra jsir inqas frekwenti tant li jiżviluppa fi problema.
|
||
Dan huwa eżawrjenti daqs li kieku kellek tqum kull għoxrin jew tletin minuta u tara t-televixin.
|
||
L-effett jiddependi fuq kemm-il darba moħħok jipprova joħlom luċidu kull lejl.
|
||
L-affarijiet ma marrux tajjeb għat-Taljani fl-Afrika ta' Fuq kważi mill-bidu. Fi żmien ġimgħa mid-dikjarazzjoni tal-gwerra tal-Italja, fl-10 ta' Ġunju tal-1940, l-11th Hussars Brittaniċi kienu ħatfu l-Fortizza Capuzzo fil-Libja.
|
||
F’imbuska ġewwa l-Lvant ta’ Bardia, l-Ingliżi kkatturaw lill-Kap Inġinier tal-Għaxar Armata Taljana, il-Ġeneral Lastucci.
|
||
Fit-28 ta’ Ġunju, il-Marixxall Italo Balbo, il-Gvernatur Ġenerali tal-Libja u eredi apparenti ta’ Mussolini, inqatel permezz ta’ sparar mhux ostili (“friendly fire”) waqt li kien niżel f’Tobruk.
|
||
L-isport modern tal-iżgirma jintlagħab f’ħafna livelli, minn studenti li jistudjaw f’università għal kompetizzjoni professjonali u Olimpika.
|
||
L-isport primarjament jintlagħab bħala dwell, fejn fenser jiddwella ma' fenser ieħor.
|
||
Il-golf hija logħba fejn il-plejers jużaw klabbs biex jitfgħu l-blalen fit-toqob.
|
||
Waqt rawnd regolari jintlagħbu tmintax-il toqba, fejn il-plejers ġeneralment jibdew mill-ewwel toqba fil-korsa u jispiċċaw bit-tmintax-il waħda.
|
||
Il-plejer li jagħmel l-inqas numru ta' daqqiet, jew tixjir tal-istikka, biex ilesti l-korsa jirbaħ.
|
||
Il-logħba tintlagħab fuq il-ħaxix, u l-ħaxix madwar it-toqba jiġi maqtugħ iqsar u jissejjaħ l-aħdar (“the green”).
|
||
Forsi l-iktar tip ta’ turiżmu komuni huwa dak li ħafna nies jassoċjawh mal-ivvjaġġar: It-turiżmu ta’ rikreazzjoni.
|
||
Dan huwa meta n-nies imorru f'post li huwa differenti ħafna mill-ħajja regolari ta' kuljum tagħhom biex jistrieħu u jieħdu pjaċir.
|
||
Ħafna drabi, il-bajjiet, il-parks tematiċi u l-postijiet fejn isiru l-kampijiet huma l-aktar postijiet komunement iffrekwentati minn turisti rikreazzjonali.
|
||
Jekk l-għan taż-żjara ta’ xi ħadd f’post partikolari huwa li jsir taf l-istorja u l-kultura tiegħu, dan it-tip ta’ turiżmu huwa magħruf bħala turiżmu kulturali.
|
||
It-turisti jistgħu jżuru l-attrazzjonijiet differenti ta' pajjiż partikulari jew jistgħu sempliċement jagħżlu li jiffokaw fuq żona waħda biss.
|
||
Meta raw din l-attività, il-Kolonisti kienu rrikjedew li jintbagħtulhom rinforzi wkoll.
|
||
It-truppi li saħħu l-pożizzjonijiet ta' quddiem kienu jinkludu r-riġmenti tal-1el u 3et New Hampshire b'200 suldat, taħt il-Kurunelli John Stark u James Reed (li t-tnejn aktar tard saru ġenerali).
|
||
L-irġiel ta’ Stark ħadu pożizzjonijiet tul iċ-ċint fit-tarf tat-Tramuntana tal-pożizzjoni tal-Kolonista.
|
||
Meta l-frugħ tal-baħar fetaħ vojt tul ix-Xmara Mystic matul il-Grigal tal-peniżola, huma malajr estendew iċ-ċint b'ħajt qasir tal-ġebel lejn it-Tramuntana li ntemm fix-xifer tal-ilma fuq xatt ramli żgħir.
|
||
Gridley jew Stark poġġew zokk ta’ madwar 100 pied (30 m) quddiem ix-xatba u ordnaw li ħadd ma jispara qabel jgħaddu r-regolari.
|
||
Il-pjan Amerikan kien jiddependi fuq it-tnedija ta’ attakki kkoordinati minn tliet direzzjonijiet differenti.
|
||
Il-Ġeneral John Cadwalder nieda attakk ta’ devjazzjoni kontra l-gwarniġġjon Ingliż ġewwa Bordentown, sabiex jimblokka kwalunkwe rinforzi.
|
||
Il-Ġeneral James Ewing ħa 700 milizzja u qasmu x-xmara fi Trenton Ferry, ħatfu l-pont fuq Assunpink Creek u impedixxew lit-truppi tal-għadu milli jaħarbu.
|
||
Il-forza ewlenija tal-attakk ta’ 2,400 raġel qasmet ix-xmara disa’ mili fit-Tramuntana ta’ Trenton, u mbagħad inqasmet f’żewġ gruppi, wieħed taħt Greene u wieħed taħt Sullivan, sabiex jiġi mniedi attakk qabel is-sebħ.
|
||
Bil-bidla mill-ġirja ta' kwart ta' mil għal dik ta' nofs mil, il-veloċità ssir inqas importanti u l-kapaċità li wieħed jirreżisti ssir meħtieġa b'mod assolut.
|
||
Naturalment ġerrej tan-nofs mil tal-ewwel klassi, bniedem li jista’ jagħmilha f’żewġ minuti, irid jkollu ammont ta’ veloċità tajba, imma r-reżistenza trid tkun ikkultivata fil-perikli kollha.
|
||
Xi tlielaq bejn il-pajjiżi fix-xitwa, flimkien ma’ xogħol fil-ġinnażju għall-parti ta’ fuq tal-ġisem, hija l-aħjar preparazzjoni għall-istaġun tal-ġiri.
|
||
Prattiċi nutrittivi korretti waħedhom ma jistgħux jiġġeneraw prestazzjonijiet elit, iżda jistgħu jaffettwaw il-benessri ġenerali tal-atleti żgħażagħ b’mod sinifikanti.
|
||
Iż-żamma ta’ bilanċ tajjeb ta’ enerġija, il-prattika ta’ drawwiet effettivi ta’ idratazzjoni, u l-fehim tad-diversi aspetti tal-prattiki ta’ supplimentazzjoni jistgħu jgħinu lill-atleti jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u jżidu t-tgawdija tagħhom tal-isport.
|
||
Il-ġiri fid-distanza medja huwa sport relattivament irħis; madankollu, hemm ħafna kunċetti żbaljati rigward il-ftit biċċiet ta’ tagħmir meħtieġa biex tipparteċipa.
|
||
Il-prodotti jistgħu jinxtraw skont il-bżonn, imma l-maġġor parti se jkollhom ftit jew xejn impatt reali fuq il-prestazzjoni.
|
||
L-atleti jistgħu jħossu li jippreferu prodott anke jekk ma jipprovdi ebda benefiċċji reali.
|
||
L-atomu jista’ jitqies bħala wieħed mill-elementi fundamentali għall-bini tal-materja kollha.
|
||
Hija entità kumplessa ħafna li tikkonsisti, skont mudell simplifikat ta’ Bohr, f’nukleu ċentrali orbitat minn elettroni, kemmxejn simili għal pjaneti li jduru madwar ix-xemx - ara l-Figura 1.1.
|
||
In-nukleu jikkonsisti f’żewġ partiċelli - newtroni u protoni.
|
||
Il-protoni għandhom ċarġ elettriku pożittiv filwaqt li n-newtroni m’għandhom l-ebda ċarġ. L-elettroni għandhom ċarġ elettriku negattiv.
|
||
Biex tiċċekkja l-vittma, l-ewwel trid tistħarreġ il-post biex tiżgura s-sikurezza tiegħek.
|
||
Trid tinnota l-pożizzjoni tal-vittma meta tersaq lejh jew lejha u awtomatikament tqis kwalunkwe sinjal ta' periklu.
|
||
Jekk tweġġa’ waqt li tkun qed tipprova tgħin, tista’ sservi biss biex tagħmel l-affarijiet agħar.
|
||
L-istudju sab li d-dipressjoni, il-biża' u l-katastrofiżmu intermedjaw ir-relazzjoni bejn l-uġigħ u d-diżabilità f'dawk li jbatu minn uġigħ fil-parti t'isfel tad-dahar.
|
||
L-effetti ta’ katastrofizzazzjoni biss, u mhux ta’ depressjoni u biża’, kienu jiddependu fuq sessjonijiet ta’ PA strutturati regolarment ta’ kull ġimgħa.
|
||
Dawk li jipparteċipaw f'attività regolari jeħtieġu aktar appoġġ fir-rigward tal-perċezzjoni negattiva tal-uġigħ li tiddistingwi d-differenzi ta' uġigħ kroniku u sensazzjoni ta' skumdità minn moviment fiżiku normali.
|
||
Il-vista, jew l-abilità li tara tiddependi fuq l-organi sensorjali tas-sistema viżwali jew l-għajnejn.
|
||
Jeżistu bosta kostruzzjonijiet differenti tal-għajnejn, li jvarjaw fil-kumplessità skont il-bżonnijiet tal-organiżmu.
|
||
Il-kostruzzjonijiet differenti għandhom kapaċitajiet differenti, huma sensittivi għal tulijiet ta’ mewġ differenti u għandhom gradi differenti ta’ akutezza, u jeħtieġu wkoll ipproċessar differenti biex jagħmlu sens tal-inpu u numri differenti biex jaħdmu bl-aħjar mod.
|
||
Popolazzjoni hija kollezzjoni ta' organiżmi ta' speċi partikulari ġo żona ġeografika speċifika.
|
||
Meta l-individwi kollha f'popolazzjoni huma identiċi fir-rigward ta' karatteristika fenotipika particulari huma jkunu magħrufin bħala monomorfiċi.
|
||
Meta l-individwi juru bosta varjanti ta' karatteristika speċifika, ikunu polimorfiċi.
|
||
Il-kolonji tal-armati tan-nemel jimmarċjaw u jbejtu fi stadji differenti wkoll.
|
||
Fil-fażi nomadika, in-nemel tal-armata jimmarċjaw bil-lejl u jieqfu biex jikkampjaw tul il-ġurnata.
|
||
Il-kolonja tibda fażi nomadika meta l-ikel disponibbli jkun naqas. Matul din il-fażi, il-kolonja tagħmel bejtiet temporanji li jinbidlu kuljum.
|
||
Kull waħda minn dawn ir-rewwixti jew marċi nomadiċi ddum madwar 17-il jum.
|
||
X'inhi ċellula? Il-kelma ċellula ġejja mill-kelma Latina "cella", li tfisser "kamra żgħira", u kienet użata l-ewwel darba minn mikroskopista qed josserva l-istruttura tas-sufra.
|
||
Iċ-ċellula hija l-unità bażika tal-kreaturi kollha, u l-organiżmi kollha huma komposti minn ċellula waħda jew iktar.
|
||
Iċ-ċelloli tant huma bażiċi u kritiċi għall-istudju tal-ħajja li, fil-fatt, spiss jissejħu "l-unitajiet bażiċi li fuqhom tinbena l-ħajja".
|
||
Is-Sistema Nervuża żżomm l-omeostasi billi tibgħat impulsi tan-nervituri mal-ġisem kollu biex iżżomm il-fluss tad-demm għaddej kif ukoll mhux disturbat.
|
||
Dawn l-impulsi tan-nervituri jistgħu jintbagħtu tant malajr madwar il-ġisem li jgħinu biex iżommu l-ġisem sikur minn kwalunkwe theddida potenzjali.
|
||
It-tornadoes jolqtu żona żgħira kkomparata mal-maltempati vjolenti l-oħrajn, imma jistgħu jeqirdu kull ma jkun hemm fi triqthom.
|
||
It-trombi tal-arja jaqilgħu s-siġar, iċarrtu t-twavel mill-bini, u jgħollu l-karozzi 'l fuq fis-sema. L-iktar tnejn fil-mija tat-trombi tal-arja vjolenti jdumu iktar minn tliet sigħat.
|
||
Dawn il-maltempati mostrużi għandhom irwiefen sa 480 km/siegħa (133 m/s; 300 mph).
|
||
Il-bnedmin ilhom jagħmlu u jużaw lentijiet għall-ingrandiment għal eluf u eluf ta’ snin.
|
||
Madankollu, l-ewwel teleskopji veri saru fl-Ewropa fl-aħħar tas-seklu 16.
|
||
Dawn it-teleskopji użaw kombinazzjoni ta' żewġ lentijiet biex oġġetti 'l bogħod jiġu jidhru aktar qrib u akbar.
|
||
Ir-regħba u l-egoiżmu dejjem se jkunu jeżistu u, fin-natura inerenti tal-kooperazzjoni, meta l-maġġoranza jibbenefikaw dejjem se ikun hemm aktar x'jinkiseb fi żmien qasir billi taġixxi b’mod egoist.
|
||
Nisperaw li ħafna nies jindunaw li l-aħjar għażla fit-tul tagħhom hija li jaħdmu flimkien mal-oħrajn.
|
||
Ħafna nies joħolmu bil-jum meta l-bnedmin ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn stilla oħra u jesploraw dinjiet oħra, xi nies jistaqsu x’hemm hemm barra, xi wħud jemmnu li jistgħu jgħixu aljeni jew ħajja oħra fuq pjaneta oħra.
|
||
Iżda, jekk dan qatt jiġri probabbilment ma jdumx għaddej żmien twil. L-istilel huma mifruxa b’tali mod li hemm triljuni ta’ mili bejn l-stilel li huma "ġirien".
|
||
Forsi xi darba, it-tfal tat-tfal tat-tfal tiegħek se jkunu bilwieqfa fuq dinja aljena u jistaqsu dwar l-antenati antiki tagħhom?
|
||
L-annimali huma magħmulin minn ħafna ċelluli. Huma jieklu l-affarijiet u jiddiġerixxuhom ġewwa fihom. Il-maġġoranza tal-annimali jistgħu jiċċaqalqu.
|
||
L-annimali biss għandhom imħuħ (għalkemm mhux l-annimali kollha għandhom; pereżempju, il-bram m’għandhomx moħħ).
|
||
L-annimali jinstabu madwar id-dinja kollha. Huma jħaffru fl-art, jgħumu fl-oċeani, u jtiru fis-sema.
|
||
Ċellola hija l-iżgħar unità strutturali u funzjonali ta' organiżmu (ħaġa ħajja).
|
||
Il-kelma “ċellola” ġejja mill-kelma Latina “cella” li tfisser kamra żgħira.
|
||
Jekk tħares lejn l-affarijiet ħajjin taħt mikroskopju, tara li dawn huma magħmulin minn kwadri jew blalen żgħar.
|
||
Robert Hooke, bijologu mill-Ingilterra, ra kaxex żgħar fis-sufra taħt mikroskopju.
|
||
Huma dehru qishom kmamar. Huwa kien l-ewwel persuna li osservat iċ-ċelluli mejtin
|
||
L-elementi u l-komposti jistgħu jiċċaqalqu minn stat għal ieħor u ma jinbidlux.
|
||
In-nitroġenu bħala gass xorta għandu l-istess proprjetajiet bħan-nitroġenu likwidu. L-istat likwidu huwa iktar dens iżda l-molekuli jibqgħu l-istess.
|
||
L-ilma huwa eżempju ieħor. L-ilma kompost huwa magħmul minn żewġ atomi tal-idroġenu u atomu wieħed tal-ossiġenu.
|
||
Dan għandu l-istess struttura molekulari indipendenti minn jekk huwiex gass, likwidu, jew solidu.
|
||
Għalkemm l-istat fiżiku tiegħu jista' jinbidel, l-istat kimiku tiegħu jibqa' l-istess.
|
||
Iż-żmien huwa xi ħaġa li hija madwarna, u jaffettwa kull ma nagħmlu, iżda huwa diffiċli li nifhmuh.
|
||
Iż-żmien ġie studajt minn skolari reliġjużi, filosofiċi, u xjentifiċi għal eluf ta' snin.
|
||
Aħna nesperjenzaw il-ħin bħala serje ta' avvenimenti għaddejjin mill-futur għal ġol-preżent għall-passat.
|
||
Iż-żmien huwa wkoll kif inqabblu d-durata (it-tul) tal-avvenimenti.
|
||
Tista' timmarka l-mogħdija taż-żmien inti stess billi tosserva r-ripetizzjoni ta' avveniment ċikliku. Avveniment ċikliku huwa xi ħaġa li sseħħ ripetutament b'mod regolari.
|
||
Il-kompjuters illum jintużaw biex jimmanipulaw stampi u vidjows.
|
||
Animazzjonijiet sofistikati jistgħu jinbnew fuq il-kompjuters, u din it-tip ta’ animazzjoni qed jintuża dejjem iktar fit-televiżjoni u fil-films.
|
||
Il-mużika spiss tiġi rrekordjata permezz ta’ kompjuters sofistikati li jipproċessaw u jikkombinaw il-ħsejjes flimkien.
|
||
Għal ħafna żmien tul is-sekli dsatax u għoxrin, kien maħsub li l-ewwel abitanti ta’ New Zealand kienu l-poplu tal-Maori, li kienu jikkaċċjaw għasafar enormi li jissejħu “moas”.
|
||
It-teorija mbagħad stabbiliet l-idea li l-poplu Maori emigra mill-Polineżja fi Flotta Kbira u ħa New Zealand mingħand il-Moriori, u stabbilixxa soċjetà agrikola.
|
||
Madankollu, evidenza ġdida tissuġġerixxi li l-Moriori kienu grupp ta’ Maori kontinentali li emigraw minn New Zealand għall-Gżejjer Chatham, u żviluppaw il-kultura paċifika u distintiva tagħhom stess.
|
||
Kien hemm ukoll tribù ieħor fil-gżejjer Chatham u dawn kienu l-Maori li emigraw minn New Zealand.
|
||
Huma kienu jsejħu lilhom infushom il-Moriori, kien hemm xi ftit ġlidiet u fl-aħħar, il-Moriori ġew meqruda.
|
||
Individwi li kienu ilhom involuti għal ħafna deċennji għenuna napprezzaw il-punti pożittivi u l-passjonijiet tagħna waqt li nevalwaw id-diffikultajiet u anke l-fallimenti b'mod ċar.
|
||
Waqt li konna qed nisimgħu lill-individwi jikkondividu l-istejjer individwali, familjari u organizzazzjonali tagħhom, ksibna għarfien prezzjuż dwar il-passat u xi wħud mill-personalitajiet li influwenzaw għat-tajjeb jew ħażin il-kultura tal-organizzazzjoni.
|
||
Waqt li l-fehim tal-istorja tal-persuna ma jassumix li wieħed jifhem il-kultura, għall-inqas dan jgħin lin-nies biex jiksbu sens ta' fejn jinsabu fi ħdan l-istorja tal-organizzazzjoni.
|
||
Waqt li jivvalutaw is-suċċessi u jsiru konxji tal-fallimenti, l-individwi u l-persuni parteċipanti kollha jiskopru b'mod aktar profond il-valuri, il-missjoni, u l-forzi li jmexxu l-organizzazzjoni.
|
||
F’dan il-każ, it-tfakkir ta’ każijiet preċedenti ta’ mġieba intraprenditorjali u s-suċċessi li rriżultaw għenu lin-nies ikunu miftuħa għal bidliet ġodda u direzzjoni ġdida għall-knisja lokali.
|
||
Stejjer ta’ suċċess bħal dawn naqqsu l-biżgħat tal-bidla, filwaqt li ħolqu inklinazzjonijiet pożittivi lejn il-bidla fil-futur.
|
||
Tendenzi ta’ ħsibijiet konverġenti huma tekniki ta’ soluzzjoni ta’ problemi li jgħaqqdu ideat jew oqsma differenti flimkien sabiex tinstab soluzzjoni.
|
||
L-enfasi ta’ din il-mentalità hija l-veloċità, il-loġika u l-preċiżjoni, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-fatti, l-applikazzjoni mill-ġdid ta’ tekniki eżistenti, il-ġbir ta’ informazzjoni.
|
||
L-iktar fattur importanti f’din il-mentalità huwa li: hemm risposta tajba waħda biss. Tista’ taħseb biss f’żewġ risposti, jiġifieri t-tajba jew il-ħażina.
|
||
Dan it-tip ta' ħsieb huwa assoċjat ma' ċerti proċeduri standard jew tax-xjenza.
|
||
Nies b’dan it-tip ta’ raġunament għandhom raġunament loġiku, huma kapaċi jimmemorizzaw mudelli, isolvu problemi u jaħdmu fuq testijiet xjentifiċi.
|
||
Il-bnedmin huma bil-kbir l-iktar speċi b’talent biex jaqra moħħ ħaddieħor.
|
||
Dak ifisser li nkunu nistgħu nipprevedu b’suċċess dak li jipperċepixxu nies oħra, dak li beħsiebhom jagħmlu, dak li jemmnu, jafu jew jixtiequ.
|
||
Fost dawn l-abbiltajiet, il-fehim tal-intenzjoni tal-oħrajn huwa kruċjali. Huwa jippermettilna li nirriżolvu l-ambigwitajiet potenzjali tal-azzjonijiet fiżiċi.
|
||
Pereżempju, kieku kellek tara lil xi ħadd ikisser tieqa ta’ karozza, probabbilment tassumi li kien qed jipprova jisraq karozza ta’ xi ħadd li ma jafx.
|
||
Huwa jkun meħtieġ li jiġi ġġudikat b’mod differenti kieku tilef iċ-ċwievet tal-karozza tiegħu u l-karozza li kien qed jipprova jidħol fiha kienet tiegħu stess.
|
||
L-MRI hija bbażata fuq fenomenu tal-fiżika msejjaħ reżonanza manjetika nukleari (nuclear magnetic resonance - NMR), li ġiet skoperta fis-snin tletin minn Felix Bloch (li jaħdem fl-Università ta’ Stanford) u Edward Purcell (mill-Università ta’ Harvard).
|
||
F’din ir-reżonanza, il-kamp manjetiku u l-mewġ tar-radju jikkawżaw lill-atomi jagħtu sinjali tar-radju żgħar.
|
||
Fis-sena 1970, Raymond Damadian, tabib u xjenzat tar-riċerka, skopra l-bażi għall-użu tal-immaġni tar-reżonanza manjetika bħala għodda għad-dijanjosi medika.
|
||
Erba’ snin wara ngħatat privattiva, li kienet l-ewwel privattiva tad-dinja maħruġa fil-qasam tal-MRI.
|
||
Fl-1977, Dr Damadian temm il-kostruzzjoni tal-ewwel skener tal-MRI “tal-ġisem kollu”, li huwa sejħu “Invinċibbli”.
|
||
Komunikazzjoni mhux sinkronika tħeġġeġ ħin ta' riflessjoni u reazzjoni għall-oħrajn.
|
||
Dan jagħti lill-istudenti l-abbiltà li jaħdmu bil-pass tagħhom u jikkontrollaw il-veloċità tal-informazzjoni ta’ struzzjoni.
|
||
Barra minn hekk, hemm inqas restrizzjonijiet ta’ ħin bil-possibbiltà ta’ ħinijiet tax-xogħol flessibbli. (Bremer, 1998)
|
||
L-użu tal-internet u l-World Wide Web jippermetti lill-istudenti li jkollhom aċċess għall-informazzjoni l-ħin kollu.
|
||
L-istudenti jistgħu wkoll jibagħtu mistoqsijiet lill-għalliema fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata u jistennew tweġibiet raġonevolment malajr, pjuttost milli jistennew sal-laqgħa wiċċ imb’ wiċċ li jmiss.
|
||
L-approċċ postmodern għat-tagħlim joffri l-ħelsien mill-assoluti. M'hemmx mod wieħed biss tajjeb biex titgħallem.
|
||
Fil-fatt, m’hemmx ħaġa waħda tajba x’titgħallem. It-tagħlim isir fl-esperjenza bejn l-istudent u l-għarfien ippreżentat.
|
||
L-esperjenza kurrenti tagħna bl-ispettakli kollha tat-televiżjoni bbażati fuq it-tagħlim dwar kif tagħmel l-affarijiet int stess u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni turi dan il-punt.
|
||
Ħafna minna nsibu lilna nfusna qed naraw programm televiżiv li jagħtina informazzjoni dwar proċess jew esperjenza li m'aħna se nipparteċipaw fihom qatt jew li qatt mhux se napplikaw dik l-informazzjoni.
|
||
Aħna qatt ma nagħmlu overhaul ta' karozza, nibnu funtana fil-bitħa ta' wara tagħna, nivvjaġġaw għall-Peru biex neżaminaw fdalijiet qodma, jew nirrimudellaw id-dar tal-ġar tagħna.
|
||
Grazzi għal konnessjonijiet ta' kejbils tal-fibra ottika taħt il-baħar mal-Ewropa u s-satellita tal-broadband, Greenland hija konnessa sew u 93% tal-popolazzjoni tagħha għandha aċċess għall-internet.
|
||
Il-lukanda jew l-ospiti tiegħek (jekk se tkun toqgħod f'dar privata li takkomoda l-mistednin bi ħlas jew f'dar privata) probabbilment ikollhom il-wifi jew PC ikkonnettjat mal-internet, u l-komunitajiet kollha għandhom stabbiliment bl-aċċess għall-internet jew xi post bil-wifi pubbliku.
|
||
Kif imsemmi hawn fuq, għalkemm il-kelma "Eskimo" għadha aċċettabbli fl-Istati Uniti, din hija meqjusa bħala mhux rispettuża minn ħafna popli tal-Artiku mhux tal-Istati Uniti, speċjalment fil-Kanada.
|
||
Waqt li tista' tisma' l-kelma użata mill-Indiġeni Greenlandiżi, l-użu tagħha għandu jiġi evitat mill-barranin.
|
||
L-abitanti indiġeni ta’ Greenland isejħu lilhom infushom Inuit fil-Kanada u Kalaalleq (plural Kalaallit), Greenlander, ġewwa Greenland.
|
||
Il-kriminalità, u l-barranin b’intenzjonijiet ħżiena b’mod ġenerali, prattikament ma jeżistux fi Greenland. Anke fil-bliet, m’hemmx "partijiet mhux sikuri."
|
||
Forsi l-kesħa hija l-uniku periklu reali li se jiffaċċjaw dawk li ma jkunux ippreparati għalih.
|
||
Jekk iżżur Greenland matul l-istaġuni kesħin (meta tqis li iktar ma tersaq lejn it-Tramuntana, iktar ikun hemm kesħa), importanti li tieħu miegħek ħwejjeġ isaħħnu biżżejjed.
|
||
Il-ġranet twal ħafna fis-sajf jistgħu joħolqu problemi biex torqod biżżejjed u kwistjonijiet tas-saħħa assoċjati.
|
||
Fis-sajf, oqgħod attent ukoll għan-nemus Nordiku. Għalkemm ma jittrażmettu ebda mard, jistgħu jkunu irritanti.
|
||
Waqt li l-ekonomija ta' San Francisco hija marbuta mal-fatt li hija attrazzjoni turistika fost l-aqwa fid-dinja, l-ekonomija tagħha hija ddiversifikata.
|
||
L-ikbar setturi tal-impjiegi huma s-servizzi professjonali, il-gvern, il-finanzi, il-kummerċ u t-turiżmu.
|
||
Ir-rappreżentazzjoni frekwenti tagħha fil-mużika, films, letteratura u kultura popolari għenet biex tagħmel il-belt u l-postijiet famużi tagħha jkunu magħrufa mad-dinja kollha.
|
||
San Francisco żviluppat infrastruttura turistika kbira b’bosta lukandi, ristoranti, u faċilitajiet għal konvenzjonijiet ta’ livell għoli.
|
||
San Francisco hija wkoll wieħed mill-aħjar postijiet fin-nazzjon għal kċina Asjatika oħra: Korean, Tajlandiż, Indjan, u Ġappuniż.
|
||
L-ivvjaġġar għad-Dinja ta' Walt Disney jirrappreżenta pellegrinaġġ ewlieni għal ħafna familji Amerikani.
|
||
Iż-żjara "tipika" tinvolvi titjira sal-Ajruport Internazzjonali ta' Orlando, vjaġġ bix-xarabank għal-lukanda ta' Disney fuq il-post, tqatta' madwar ġimgħa mingħajr ma titlaq mill-proprjetà ta' Disney, u tirritorna d-dar.
|
||
Hemm numru infinit ta' varjazzjoniiet possibbli, imma din tibqa' dak li jfissru ħafna nies meta jgħidu li "sejrin Disney World".
|
||
Bosta biljetti li jinbiegħu onlajn permezz ta’ siti web ta' rkant bħal eBay jew Craigslist huma biljetti li parzjalment diġà huma użati għal żjarat ġewwa parks differenti fuq ħafna ġranet differenti.
|
||
Waqt li din hija attività komuni ħafna, hija pprojbita minn Disney: il-biljetti mhumiex trasferibbli.
|
||
Kwalunkwe kkampjar taħt ix-xifer tal-Grand Canyon jirrikjedi permess taż-żoni rurali.
|
||
Il-permessi huma limitati biex jipproteġu l-kanjon, u jsiru disponibbli fl-ewwel jum tax-xahar, erba’ xhur qabel ix-xahar tal-bidu.
|
||
Għalhekk, permess taż-żoni rurali għal xi data tal-bidu f'Mejju jsir disponibbli fl-1 ta' Jannar.
|
||
L-ispazju għaż-żoni l-iktar popolari, bħall-Bright Angel Campground maġenb Phantom Ranch, ġeneralment jimtlew b’talbiet għal prenotazzonijiet li jaslu mal-ewwel data li jinfetħu għall-prenotazzjonijiet.
|
||
Hemm numru limitat ta' permessi rriservati għal talbiet minn persuni bla appuntament disponibbli fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
|
||
Id-dħul fl-Afrika t’Isfel bil-karozza huwa mod fenomenali kif tara s-sbuħija kollha tar-reġjun kif ukoll biex tmur f’postijiet li mhumiex fir-rotot turistiċi normali.
|
||
Dan jista' jsir f'karozza normali b'ippjanar bir-reqqa imma 4x4 huwa rrakkomandat ħafna u bosta postijiet huma aċċessibbli biss b'bażi 4x4 ta' roti għoljin.
|
||
Waqt li tkun qed tippjana, żomm f’moħħok li għalkemm l-Afrika t’Isfel hija pajjiż stabbli mhux il-pajjiżi ġirien tagħha kollha huma stabbli bħalha.
|
||
Il-ħtiġijiet u l-ispejjeż tal-viża jvarjaw bejn nazzjon u ieħor u huma affettwati mill-pajjiż li tiġi minnu.
|
||
Kull pajjiż għandu wkoll liġijiet uniċi li jkollhom rekwiżiti ta’ liema oġġetti ta’ emerġenza għandhom ikunu fil-karozza.
|
||
Victoria Falls hija belt fil-parti tal-Punent taż-Żimbabwe, kif taqsam il-fruntiera minn Livingstone, fiż-Żambja, u qrib il-Botswana.
|
||
Il-belt tinsab immedjatament ħdejn il-kaskati, u huma l-attrazzjoni ewlenija, imma din id-destinazzjoni turistika popolari toffri ħafna opportunitajiet għal soġġorn itwal kemm lil dawk li jfittxu l-avventuri kif ukoll lil dawk li jħobbu jaraw il-veduti u l-postijiet ta' interess.
|
||
Fl-istaġun tax-xita (Novembru sa Marzu), il-volum tal-ilma se jkun ogħla u l-Kaskati se jkunu aktar drammatiċi.
|
||
Għandek garanzija li tixxarrab jekk taqsam minn fuq il-pont jew timxi matul il-mogħdijiet qrib il-Kaskati.
|
||
Min-naħa l-oħra, huwa preċiżament minħabba li l-volum tal-ilma huwa tant kbir li l-veduta tiegħek tal-Falls attwali se jkun mgħottija—minħabba l-ilma kollu!
|
||
Il-Qabar ta' Tutankhamun (KV62). KV62 jista' jkun l-aktar famuż mill-oqbra fil-Wied, il-post tal-iskoperta ta' Howard Carter fl-1922 tad-dfin irjali kważi intatt tar-re żagħżugħ.
|
||
Meta mqabbel mal-maġġor parti tal-oqbra rjali l-oħra, madankollu, il-qabar ta’ Tutankhamun kważi qas jiswa l-isforz biex iżżuru, minħabba li huwa ħafna iżgħar u mhux dekorat wisq.
|
||
Kull min huwa interessat li jara l-evidenza tal-ħsara li saret lill-mumja meta ppruvaw ineħħuha mit-tebut se jkun iddiżappuntat għax ir-ras u l-ispallejn biss huma viżibbli.
|
||
Ir-rikkezzi favolużi li kien hemm fil-kripta m’għadhomx fih, iżda ttieħdu fil-Mużew Eġizzjan ġewwa Kajr.
|
||
Il-viżitaturi b'ħin limitat jaqblilhom iqattgħu il-ħin tagħhom x'imkien ieħor.
|
||
Phnom Krom, 12 km fil-Lbiċ ta’ Siem Reap. Dan it-tempju fuq l-għoljiet inbena fl-aħħar tas-seklu 9, matul ir-renju tar-Re Yasovarman.
|
||
L-atmosfera melankolika tat-tempju u l-veduta fuq il-lag Tonle Sap jagħmluha utli li titla’ t-telgħa mal-għolja.
|
||
Żjara lis-sit tista’ tkun kkombinata b’mod konvenjenti ma’ dawra bid-dgħajsa fil-lag.
|
||
Il-Pass tal-Angkor huwa essenzjali biex tidħol fit-tempju, mela tinsiex tieħu l-passaport tiegħek meta tkun sejjer Tonle Sap.
|
||
Ġerusalemm hija l-belt kapitali u l-ikbar belt ta’ Iżrael, għalkemm ħafna pajjiżi oħra u n-Nazzjonijiet Uniti ma jirrikonoxxuhiex bħala l-belt kapitali ta’ Iżrael.
|
||
Il-belt antika fl-Għoljien Ġudeani (“Judean Hills”) għandha storja affaxxinanti li hija twila eluf ta’ snin.
|
||
Il-belt hija sagra għat-tliet reliġjonijiet monoteistiċi - il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Islam, u sservi bħala ċentru spiritwali, reliġjuż u kulturali.
|
||
Minħabba s-sinifikat reliġjuż tal-belt, u b’mod partikolari l-ħafna siti taż-żona tal-Belt il-Qadima, il-Ġerusalemm hija waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi ewlenin fl-Iżrael.
|
||
Ġerusalemm għandha bosta siti storiċi, arkeoloġiċi u kulturali, kif ukoll ċentri tax-xiri, kafetteriji, u ristoranti vibranti u mimlijin bin-nies.
|
||
L-Ekwador jirrikjedi li ċ-Ċittadini Kubani jirċievu ittra ta’ stedina qabel jidħlu fl-Ekwador permezz ta’ ajruporti internazzjonali jew punti ta’ dħul fil-fruntiera.
|
||
Din l-ittra trid tiġi llegalizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ekwador, u tkun konformi ma' ċerti rekwiżiti.
|
||
Dawn ir-rekwiżiti huma mfasslin biex jipprovdu fluss migratorju organizzat bejn iż-żewġ pajjiżi.
|
||
Ċittadini Kubani li għandhom kard ħadra tal-Istati Uniti għandhom iżuru l-Konsulat Ekwadorjan biex jiksbu eżenzjoni għal dan ir-rekwiżit.
|
||
Il-passaport tiegħek irid ikun validu għal mill-inqas 6 xhur lil hinn mid-dati tal-ivvjaġġar tiegħek. Biljett tal-vjaġġ bir-ritorn/li jkompli għal postijiet oħra huwa meħtieġ bħala prova tat-tul tas-soġġorn tiegħek.
|
||
Il-vjaġġi huma orħos għal gruppi aktar kbar, għalhekk jekk inti waħdek jew ma' ħabib wieħed biss, ipprova ltaqa' ma' nies oħra u fforma grupp ta' minn erba' sa sitta għal rata aħjar kull persuna.
|
||
Madankollu, dan m’għandux ikun sors ta’ tħassib tiegħek fir-realtà, għax ħafna drabi t-turisti jitħalltu biex jimlew il-karozzi.
|
||
Fil-fatt jidher li dawn huwa aktar mod kif wieħed jinganna lin-nies biex jaħsbu li jridu jħallsu iktar.
|
||
Tiddomina t-tarf tat-Tramuntana ta' Machu Picchu hemm din il-muntanja wieqfa, ta' spiss l-isfond ta' ħafna ritratti tal-fdalijiet.
|
||
Tidher daqsxejn intimidanti minn taħt, u hija telgħa wieqfa u diffiċli, iżda ħafna mill-persuni li huma b’saħħithom b’mod raġonevoli għandhom ikunu jistgħu jagħmluha f’madwar 45 minuta.
|
||
Turġien tal-ġebel huma mqiegħda tul il-biċċa l-kbira tal-mogħdija, u fis-sezzjonijiet aktar wieqfa kejbils tal-azzar jipprovdu poġġaman ta’ appoġġ.
|
||
B’kunsiderazzjoni ta’ dan, stenna li taqta’ nifsek, u oqgħod attent fil-porzjonijiet iktar weqfin, speċjalment meta jkunu mxarrbin, għax is-sitwazzjoni tista’ malajr issir perikoluża.
|
||
Hemm għar ċkejken ħafna qrib il-quċċata li trid tgħaddi minnu, li huwa pjuttost baxx u dejjaq.
|
||
L-aħjar mod biex tara s-siti u l-annimali slavaġ tal-Galapagos huwa bid-dgħajsa, kif għamel Charles Darwin fl-1835.
|
||
Iktar minn 60 vapur tal-kruċieri jaħdmu fl-ilmijiet tal-Galapagos - li jvarjaw fid-daqs ta’ bejn 8 sa 100 passiġġier.
|
||
Bosta nies jibbukkjaw il-post tagħhom ħafna qabel (peress li d-dgħajjes normalment ikunu mimlijin tul l-iktar staġun popolari).
|
||
Kun żgur li l-aġent li qed tibbukkja miegħu jkun speċjalista tal-Galapagos u jkun infurmat sew dwar il-varjetà kbira ta’ vapuri.
|
||
Dan se jiżgura li l-interessi u/jew il-limitazzjonijiet partikulari tiegħek jiġu mqabbla mal-vapur l-aktar xieraq għalihom.
|
||
Qabel il-wasla tal-Ispanjoli fis-seklu 16, iċ-Ċilì ta’ Fuq kien maħkum mill-Inca filwaqt li l-Arawċani indiġeni (Mapuche) kienu jgħixu fiċ-Ċentru u fiċ-Ċilì ta’ Isfel.
|
||
Il-Mapuche kienu wkoll wieħed mill-aħħar gruppi indiġeni Amerikani indipendenti, li ma ġewx kompletament assorbiti fil-ħakma ta’ dawk li jitkellmu bl-Ispanjol qabel l-indipendenza taċ-Ċilì.
|
||
Għalkemm iċ-Ċili ddikjara l-indipendenza fl-1810 (f'nofs il-gwerer Napoleoniċi li għal ftit snin ikkaġunaw li Spanja tkun mingħajr gvern ċentrali li jiffunzjona), ir-rebħa deċiżiva fuq l-Ispanjoli ma nkisbitx qabel l-1818.
|
||
Ir-Repubblika Dominikana (bl-Ispanjol: República Dominicana) huwa pajjiż tal-Karibew li jokkupa n-nofs tal-Lvant tal-gżira ta’ Hispaniola, li jaqsam ma’ Haiti
|
||
Apparti bajjiet bir-ramel abjad u pajsaġġi muntanjużi, il-pajjiż fih l-iktar belt Ewropea antika fl-Amerki, li issa tifforma parti minn Santo Domingo.
|
||
Il-gżira kienet l-ewwel waħda abitata mit-Taínos u l-Karibes. Il-Karibes kienu nies li jitkellmu bl-Arawakan u li waslu bejn wieħed u ieħor fl-10,000 Q.E.K.
|
||
Wara ftit snin mill-wasla tal-esploraturi Ewropej, il-popolazzjoni ta' Tainos kienet tnaqqset b'mod sinifikanti mill-konkwistaturi Spanjoli.
|
||
Fuq il-bażi ta’ Fray Bartolomé de las Casas (Tratado de las Indias) bejn l-1492 u l-1498 il-konkwistaturi Spanjoli qatlu madwar 100,000 Taínos.
|
||
Jardín de la Unión. Dan l-ispazju nbena bħala l-atriju għal kunvent tas-seklu 17, li l-uniku bini li jifdal minnu huwa t-Templo de San Diego.
|
||
Issa tiffunzjona bħala l-pjazza ċentrali, u dejjem hemm ħafna affarijiet għaddejjin fiha, lejl u nhar.
|
||
Hemm numru ta' ristoranti li jdawru l-ġnien u hemm, ħafna drabi wara nofsinhar u flgħaxija, ikun hemm kunċerti bla ħlas mill-gazebo ċentrali.
|
||
Callejon del Beso (is-Sqaq tal-Bewsa). Żewġ galleriji 69 ċentimetri biss 'il bogħod minn xulxin jiffurmaw parti minn leġġenda antika tal-imħabba.
|
||
Jekk tagħtihom xi muniti hemm tfal li jirrakkontawlek l-istorja.
|
||
Il-Gżira Bowen hija magħrufa għal vjaġġ ta’ jum jew bħala eskursjoni ta’ tmiem il-ġimgħa li toffri dawriet bil-kayak, hikes, xiri, ristoranti, u aktar.
|
||
Din il-komunità awtentika tinsab f'Howe Sound ftit 'il bogħod minn Vancouver, u hija aċċessibbli faċilment permezz tat-taksis tal-ilma skedati li jitilqu mill-Gżira ta' Granville fiċ-ċentru ta' Vancouver.
|
||
Għal dawk li jħobbu l-attivitajiet fil-beraħ, huwa essenzjali li jagħmlu trek tul il-kuritur “Sea to Sky”.
|
||
Whistler (1.5 siegħa sewqan minn Vancouver) huwa għali imma huwa magħruf ħafna minħabba l-Olimpijadi tax-xitwa tal-2010.
|
||
Fix-xitwa, gawdi wieħed mill-aqwa post ta' skijar fl-Amerika ta’ Fuq, u fis-sajf ipprova ċ-ċikliżmu awtentiku tal-muntanji.
|
||
Il-permessi għandhom jiġu prenotati minn qabel. Irid ikollok permess biex tqatta’ lejl ġewwa Sirena.
|
||
Sirena huwa l-uniku stazzjon tal-gwardjani tal-foresti li joffri alloġġ fid-dormitorju u ikel sħun flimkien mal-ikkampjar. La Leona, San Pedrillo, u Los Patos joffru kkampjar biss mingħajr servizz ta’ ikel.
|
||
Huwa possibbli li jiġu miksuba permessi tal-park direttament mill-Istazzjon tar-Rangers fi Puerto Jiménez, iżda dawn ma jaċċettawx karti ta’ kreditu
|
||
Is-Servizz tal-Park (MINAE) ma joħroġx permessi tal-park aktar minn xahar qabel il-wasla antiċipata.
|
||
CafeNet El Sol joffri servizz ta’ prenotazzjonijiet għal tariffa ta’ US$30, jew $10 għal passes ta’ ġurnata; iktar dettalji fuq il-paġna Corcovado tagħhom.
|
||
Il-Gżejjer Cook huma pajjiż ta’ gżejjer f’assoċjazzjoni ħielsa ma’ New Zealand, li jinsabu fil-Polineżja, f’nofs l-Oċean Paċifiku tan-Nofsinhar.
|
||
Huwa arċipelagu bi 15-il gżira mifruxin fuq 2.2 miljuni km2 ta’ oċean.
|
||
Minħabba li jinsabu fl-istess żona tal-ħin bħall-Hawaii, il-gżejjer kultant iqisuhom bħala "Hawaii tan-Nofsinhar".
|
||
Għalkemm iżgħar, din tfakkar lil xi viżitaturi anzjani f'Hawaii qabel saret stat mingħajr il-ħafna lukandi kbar tat-turisti u żvilupp ieħor.
|
||
Il-Gżejjer Cook m’għandhom ebda bliet iżda huma magħmulin minn 15-il gżira differenti. Dawk ewlenin huma Rarotonga u Aitutaki.
|
||
Fil-pajjiżi żviluppati llum, il-provvediment ta’ “bed and breakfast” (sodda u kolazzjon) ta’ lussu ttella’ fuq livell ta’ forma ta’ arti.
|
||
Fil-medda għolja, il-B&Bs ovvjament jikkompetu l-aktar fuq żewġ affarijiet ewlenin: is-sodod u l-kolazzjon.
|
||
Għaldaqstant, fl-ifjen stabbilimenti ta' dan it-tip wieħed xieraq li jsib l-aktar affarijiet tas-sodda lussużi, forsi xi kwilt magħmula bl-idejn jew sodda antika.
|
||
Il-kolazzjon jista’ jinkludi delizzji staġjonali tar-reġjun jew il-platt ta’ speċjalità tal-ospitant.
|
||
L-ambjent jista' jkun bini storiku antik bl-għamara antika, ġonna miżmumin sbieħ u pixxina.
|
||
Li tidħol fil-karozza tiegħek stess u tagħmel vjaġġ twil bit-triq huwa appellanti fih innifsu minħabba s-sempliċità tiegħu.
|
||
B'kuntrast ma' vetturi akbar, inti probabbilment diġà familjari mas-sewqan tal-karozza tiegħek u taf il-limitazzjonijiet tagħha.
|
||
It-twaqqif ta’ tinda fuq proprjetà privata jew f’belt ta’ kwalunkwe daqs jista’ faċilment jiġbed attenzjoni mhux mixtieqa.
|
||
Fil-qosor, l-użu tal-karozza tiegħek huwa mod tajjeb ħafna biex tagħmel vjaġġ twil bit-triq imma, fih innifsu, rari huwa mod biex "tikkampja".
|
||
Possibbli li tikkampja bil-karozza jekk ikollok minivan kbir, SUV, Sedan jew Station Wagon b’sits li jinżlu kompletament.
|
||
Ċerti lukandi għandhom wirt mill-epoka tad-deheb ta' ferroviji tal-fwar u bastimenti tal-passiġġieri fl-oċean; qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, fis-seklu 19 jew fil-bidu tas-seklu 20.
|
||
Dawn il-lukandi kienu l-postijiet li jienu joqogħdu fihom is-sinjuri u n-nies famużi ta' dak iż-żmien, u spiss kellhom ikel tajjeb u divertiment tul il-lejl.
|
||
L-aċċessorji antiki, in-nuqqas ta' kumditajiet moderni, u ċerta antikità grazzjuża huma wkoll parti mill-karattru tagħhom.
|
||
Waqt li ġeneralment huma ta' sjieda privata, xi kultant huma jakkomodaw lill-kapijiet tal-istat u dinjitjarji oħra li jkunu fuq żjara.
|
||
Vjaġġatur sinjur ħafna jista’ jikkunsidra titjira madwar id-dinja kollha, maqsuma f’soġġorni ġewwa ħafna minn dawn il-lukandi.
|
||
Netwerk ta' skambju tal-ospitalità hija organizzazzjoni li tikkonnettja l-vjaġġaturi man-nies tal-lokal fil-bliet li huma se jżuru.
|
||
Biex tidħol f'netwerk bħal dan, normalment trid biss timla formola onlajn; għalkemm xi netwerks joffru, jew jirrikjedu, verifika addizzjonali.
|
||
Lista tal-ospiti disponibbli imbagħad tiġi pprovduta pprintjata u/jew online, xi kultant bir-referenzi u l-opinjoni dwarhom ta' vjaġġaturi oħra.
|
||
Il-couchsurfing ġie mwaqqaf f’Jannar 2004 wara li l-programmatur tal-kompjuter Casey Fenton sab titjira rħisa lejn l-Iżlanda iżda ma kellux fejn joqgħod.
|
||
Huwa bagħat email lill-istudenti tal-università lokali u rċieva għadd kbir ħafna ta’ offerti għal akkomodazzjoni mingħajr ħlas.
|
||
Il-ħostels, primarjament, huma maħsubin għaż-żgħażagħ – viżitatur tipiku jkun fl-għoxrinijiet – imma ħafna drabi tista’ ssib vjaġġaturi ikbar fl-età ukoll.
|
||
Ma tantx tara familji bit-tfal, iżda xi ħostels jaċċettawhom fi kmamar privati.
|
||
Il-belt ta’ Beijing fiċ-Ċina se tkun il-belt li tospita l-Logħob Olimpiku tax-Xitwa fl-2022, li se jagħmilha l-ewwel belt li ospitat kemm l-Olimpjadi tas-sajf kif ukoll dawk tax-xitwa.
|
||
Beijing se tospita ċ-ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq u l-avvenimenti tas-silġ fuq ġewwa.
|
||
Avvenimenti oħra tal-iskijjar se jkunu fiż-żona tal-iskijjar ta’ Taizicheng ġewwa Zhangjiakou, madwar 220 km (140 mil) minn Beijing.
|
||
Bosta tempji għandhom festival Annwali li jibda minn Novembru sa nofs Mejju, dan ivarja skont il-kalendarju annwali ta’ kull tempju.
|
||
Il-biċċa l-kbira tal-festivals tat-tempji huma ċċelebrati bħala parti mill-anniversarju tat-tempju jew għeluq snin tal-alla li jippresjedi jew kwalunkwe avveniment maġġuri ieħor assoċjat mat-tempju.
|
||
Il-festivals tat-tempji ta’ Kerala interessanti ħafna biex tarahom, b’purċissjoni regolari ta’ iljunfanti mżejnin, orkestra tat-tempju u ċelebrazzjonijiet oħrajn.
|
||
Fiera Dinjija (komunement imsejħa Espożizzjoni Dinjija, jew sempliċement “Expo”) hija festival internazzjonali kbir tal-arti u x-xjenzi.
|
||
Il-pajjiżi parteċipanti jippreżentaw wirjiet artistiċi u edukattivi f’paviljuni nazzjonali biex juru kwistjonijiet tad-dinja jew il-kultura u l-istorja ta’ pajjiżhom.
|
||
Eżibizzjonijiet Internazzjonali tal-Ortikultura huma avvenimenti speċjalizzati li jinkludu wirjiet tal-fjuri, ġonna botaniċi u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam mal-pjanti.
|
||
Għalkemm fit-teorija huma jistgħu jsiru kull sena (sakemm isiru f'pajjiżi differenti), fil-prattika ma jsirux.
|
||
Dawn l-avvenimenti normalment idumu bejn tlieta u sitt xhur, u jiġu organizzati f'siti mhux iżgħar minn 50 ettaru.
|
||
Hemm ħafna formati differenti ta' films li ntużaw matul is-snin. Il-film standard ta' 35 mm (in-negattivi 36 b'24 mm) huwa żgur l-aktar komuni.
|
||
Normalment jista’ jerġa’ jimtela pjuttost faċilment jekk jispiċċalek, u jagħti riżoluzzjoni bejn wieħed u ieħor paragunabbli ma’ DSLR kurrenti.
|
||
Xi kameras ta’ films b’format medju jużaw format ta’ 6 cm b’6 cm, b’mod iktar preċiż negattiv ta’ 56 mm b’56 mm.
|
||
Dan jipprovdi riżoluzzjoni kważi erba' darbiet ikbar minn dik ta' negattiva ta' 35 mm (3136 mm2 kontra 864).
|
||
Il-ħlejjaq selvaġġi huma fost il-motifi li joffru l-akbar sfida lill-fotografu, u teħtieġ taħlita ta' xorti tajba, paċenzja, esperjenza u tagħmir tajjeb.
|
||
Il-fotografija tal-ħlejjaq selvaġġi ħafna drabi ma nagħtux kasha, imma bħall-fotografija b'mod ġenerali, stampa waħda tiswa daqs elf kelma.
|
||
Il-fotografija tal-ħlejjaq selvaġġi ħafna drabi teħtieġ lenti telefoto twila, għalkemm affarijiet bħal qatta għasafar jew ħlejqa ċkejkna jeħtieġu lentijiet oħrajn.
|
||
Ħafna annimali eżotiċi diffiċli ssibhom, u l-parks kultant ikollhom regoli dwar it-teħid ta’ ritratti għal skopijiet kummerċjali.
|
||
L-annimali selvaġġi jistgħu jistħu jew ikunu aggressivi. L-ambjent jista' jkun kiesaħ, sħun, jew ostili b'xi mod ieħor.
|
||
Id-dinja għandha aktar minn 5,000 lingwi differenti, inklużi iktar minn għoxrin b'50 miljun persuni li jitkellmuhom jew iktar.
|
||
Il-kliem miktuba ta' spiss huma aktar faċli biex jiġu mifhuma milli l-kliem mitkellma, ukoll. Dan huwa partikularment vera għall-indirizzi, li ħafna drabi huma diffiċli biex tippronunzjahom b'mod li tiġi mifhum.
|
||
Ħafna nazzjonijiet sħaħ huma kompletament fluwenti bl-Ingliż, u f’saħansitra ħafna iktar tista’ tistenna għarfien limitat - speċjalment fost iż-żgħażagħ.
|
||
Immaġina, jekk trid, xi Mancunian, Bostonian, Ġamajkan u Sydneysider bilqiegħda madwar mejda jieklu ġewwa ristorant f’Toronto.
|
||
Qed iferrħu lil xulxin bi stejjer mill-ibliet tagħhom, imlissna bl-aċċenti distinti u l-lingwaġġ partikulari lokali tagħhom.
|
||
Ix-xiri tal-ikel fis-supermarkits ġeneralment huwa l-irħas mod kif tista’ titma’ lilek innifsek. Mingħajr opportunitajiet ta’ tisjir, l-għażliet madankollu huma limitati għal ikel lest.
|
||
Dejjem aktar, is-supermarkits qed ikollhom sezzjoni aktar varjata ta’ ikel lest. Xi wħud saħansitra jipprovdu majkrowejv jew mezzi oħra biex isaħħan l-ikel.
|
||
F’xi pajjiżi jew tipi ta’ ħwienet hemm mill-inqas ristorant wieħed fuq il-post, ħafna drabi wieħed pjuttost informali bi prezzijiet raġonevoli.
|
||
Ħu kopji tal-polza tiegħek u tad-dettalji tal-kuntatt tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek u ġorrhom miegħek.
|
||
Iridu juru l-indirizz elettroniku tal-assiguratur u n-numri tal-telefon internazzjonali għall-pariri/awtorizzazzjonijiet u biex jagħmlu l-klejms.
|
||
Żomm kopja oħra fil-bagalja tiegħek u waħda online (ibgħat email lilek innifsek bl-anness, jew aħżinha fuq il-"cloud").
|
||
Jekk tkun qed tivvjaġġa b’laptop jew tablet, aħżen kopja fil-memorja jew id-diska tiegħu (aċċessibbli mingħajr l-internet).
|
||
Ukoll agħti kopji tal-politika/kuntatt lill-imsieħba vjaġġaturi u qraba jew ħbieb f'pajjiżek li lesti jgħinu.
|
||
Il-”moose” (ċriev kbar tal-Amerika tat-Tramuntana) (magħrufin ukoll bħala elk) mhumiex aggressivi b’mod inerenti, iżda jiddefendu lilhom infushom jekk jipperċepixxu theddida.
|
||
Meta n-nies ma jqisux lill-elk bħala potenzjalment perikoluż, jistgħu jersqu qrib wisq u jpoġġu lilhom infushom f'riskju.
|
||
Ixrob alkoħol b’moderazzjoni. L-alkoħol jaffettwa lil kulħadd differenti, u li tkun taf il-limitu tiegħek huwa importanti ħafna.
|
||
Avvenimenti tas-saħħa fit-tul possibbli minħabba xorb eċċessiv jistgħu jinkludu ħsara fil-fwied u anke għama u mewt. Il-periklu potenzjali jiżdied meta tikkonsma alkoħol prodott illegalment.
|
||
L-ispirti illegali jista’ jkun fihom diversi impuritajiet perikolużi inkluż il-metanol, li jista’ jikkawża għama jew mewt anke f’dożi żgħar.
|
||
In-nuċċalijiet jistgħu jkunu orħos f’pajjiż barrani, speċjalment f’pajjiżi bi dħul baxx fejn l-ispejjeż tax-xogħol ikunu aktar baxxi.
|
||
Ikkunsidra li tagħmel eżami tal-għajnejn id-dar, speċjalment jekk l-assigurazzjoni tkopriha, u ġġib ir-riċetta miegħek biex tiġi ppreżentata x’imkien ieħor.
|
||
Frejms tad-ditta tal-ogħla livell disponibbli f’oqsma bħal dawn jista’ jkollhom żewġ problemi; xi wħud jistgħu kopji, u dawk importati reali jistgħu jkunu jiswew aktar milli d-dar.
|
||
Il-kafè huwa wieħed mill-aktar prodotti nnegozjati fid-dinja, u probabbilment tista’ ssib ħafna tipi differenti fir-reġjun tad-dar tiegħek.
|
||
Madankollu, hemm ħafna modi differenti kif tixrob il-kafè fid-dinja li sabiħ tesperjenzahom.
|
||
Il-canyoning (jew canyoneering) jinvolvi li tmur f’qiegħ ta’ canyon, li huwa jew niexef jew mimli ilma.
|
||
Il-canyoning jikkombina elementi mill-għawm, it-tixbit u l-qbiż--iżda jeħtieġ relattivament ftit taħriġ jew forma fiżika biex tkun tista’ tibda (meta mqabbel ma’ tixbit mal-blat, scuba diving jew ski alpin, pereżempju).
|
||
Il-mixi fuq hikes huwa attività fil-beraħ li tikkonsisti f’mixi ġewwa ambjenti naturali, ħafna drabi fuq mogħdijiet għall-hikes.
|
||
Il-hikes ta’ ġurnata jinvolvu distanzi li jibdew minn inqas minn mil sa distanzi itwal li jistgħu jsiru f’ġurnata waħda.
|
||
Għal hike ta’ ġurnata fuq perkors faċli m’hemmx bżonn ta’ wisq preparamenti, u kwalunkwe persuna f’saħħa moderatament tajba tista’ tagħmilha.
|
||
Il-familji bi tfal żgħar jista’ jkollhom bżonn aktar preparamenti, iżda ġurnata barra hija possibbli faċilment anke bi trabi u tfal żgħar.
|
||
Internazzjonalment, hemm kważi 200 organizzazzjoni ta’ turs għall-ġiri. Ħafna minnhom jaħdmu b’mod indipendenti.
|
||
Is-suċċessur ta’ Global Running Tours, Go Running Tours tgħaqqad netwerks ta’ għexieren ta’ fornituri ta’ tlielaq bil-veduti (“sightrunning”) fuq erba’ kontinenti.
|
||
B'rabtiet mat-Tours tal-Ġiri f'Barċellona ta' Barċellona u l-Ġiri f'Copenhagen ta' Copenhagen, malajr ingħaqdu miegħu t-Tours tal-Ġiri f'Praga bbażat fi Praga u oħrajn.
|
||
Hemm ħafna affarijiet li trid tqis qabel u meta tivvjaġġa għal x'imkien.
|
||
Meta tivvjaġġa, stenna affarijiet li ma jkunux bħal ma huma "f'pajjiżek". Il-manjieri, il-liġijiet, l-ikel, it-traffiku, il-loġing, l-istandards, il-lingwa u affarijiet bħal dawn se jkunu sa ċertu punt differenti minn dawk ta' fejn tgħix.
|
||
Din hija xi ħaġa li dejjem trid iżżomm f'moħħok, biex tevita diżappunt jew forsi anki stmellija dwar il-modi lokali ta' kif tagħmel l-affarijiet.
|
||
L-aġenziji tal-ivvjaġġar ilhom jeżistu mis-seklu 19. Aġent tal-ivvjaġġar huwa ħafna drabi għażla tajba għal vjaġġ li jestendi lil hinn mill-esperjenza preċedenti tal-vjaġġatur tan-natura, il-kultura, il-lingwa jew il-pajjiżi bi dħul baxx.
|
||
Għalkemm il-maġġoranza tal-aġenziji lesti li jaċċettaw il-maġġoranza tal-bookings regolari, ħafna aġenti jispeċjalizzaw f'tipi partikulari ta' vvjaġġar, firxiet tal-baġit jew destinazzjonijiet.
|
||
Jista’ jkun aħjar li tuża aġent li s-soltu jibbukkja vjaġġi bħal tiegħek.
|
||
Agħti ħarsa lejn liema vjaġġi qed jippromwovi l-aġent, kemm jekk fuq sit web jew f’vetrina ta’ ħanut.
|
||
Jekk trid tara d-dinja mingħajr ma tonfoq ħafna, għal bżonn, stil ta’ ħajja jew sfida, hemm xi modi kif tista’ tagħmel dan.
|
||
Bażikament, dawn jaqgħu f’żewġ kategoriji: Jew aħdem waqt li tivvjaġġa jew inkella ipprova llimita l-ispejjeż tiegħek. Dan l-artikolu jiffoka fuq dik tal-aħħar.
|
||
Għal dawk li huma lesti li jissagrifikaw il-kumdità, il-ħin u l-prevedibbiltà biex jifrrankaw tant spejjeż li kważi ma jonfqu xejn, ara l-ivvjaġġar fuq baġit minimu.
|
||
Il-parir jassumi li l-vjaġġaturi ma jisirqux, ma jidħlux fi proprjetà ta’ ħaddieħor mingħajr permess, ma jipparteċipawx fis-suq illegali, ma jittallbux, jew jisfruttaw lil nies oħra għall-profitt tagħhom stess.
|
||
Checkpoint tal-immigrazzjoni huwa ġeneralment l-ewwel waqfa meta wieħed jinżel minn ajruplan, vapur, jew vettura oħra.
|
||
F’xi ferroviji transkonfinali, l-ispezzjonijiet isiru waqt li l-ferrovija tkun għaddejja u jrid ikollok ID valida miegħek meta titla’ fuq waħda minn dawk il-ferroviji.
|
||
Fuq ferroviji tal-irqad, il-passaporti jistgħu jinġabru mill-konduttur biex l-irqad tiegħek ma jiġix interrott.
|
||
Ir-reġistrazzjoni hija ħtieġa addizzjonali għall-proċess tal-viża. F’xi pajjiżi, trid tirreġistra l-preżenza tiegħek u l-indirizz fejn qed toqgħod mal-awtoritajiet lokali.
|
||
Dan jista' jirrikjedi li timla formola tal-pulizija lokali jew iżżur l-uffiċċji tal-immigrazzjoni.
|
||
F’ħafna pajjiżi b’liġi bħal din, il-lukandi lokali se jieħdu ħsieb ir-reġistrazzjoni (kun żgur li tistaqsi).
|
||
F’każijiet oħra, dawk li joqogħdu barra mill-akkomodazzjonijiet turistiċi biss għandhom bżonn jirreġistraw. Madankollu, dan jagħmel il-liġi ħafna iktar oskura, allura tgħallem dwaru minn qabel.
|
||
L-arkitettura tikkonċerna d-disinn u l-kostruzzjoni tal-bini. Ħafna drabi, l-arkitettura ta’ post hija attrazzjoni turistika fiha nfisha.
|
||
Hemm ħafna bini sabiħ biex tħares lejh u l-veduta minn bini għoli jew minn tieqa ppożizzjonata sew tista’ tkun verament bellezza biex taraha.
|
||
L-arkitettura titrikkeb b’mod konsiderevoli fuq oqsma oħra inkluż l-ippjanar urban, l-inġinerija ċivili, l-arti dekorattiva, id-disinn intern u d-disinn tal-pajsaġġ.
|
||
Minħabba l-fatt li ħafna mill-pueblos huma remoti ħafna, mhux se tkun tista’ ssib ammont sinifikanti ta’ ħajja bil-lejl sakemm ma tivvjaġġax lejn Albuquerque jew Santa Fe.
|
||
Madankollu, kważi l-każinòs kollha elenkati hawn fuq iservu x-xorb, u bosta minnhom iġibu divertiment ta’ ditti magħrufin (primarjament dawk kbar immedjatament madwar Albuquerque u Santa Fe).
|
||
Moħħok hemm: il-bars fil-bliet iż-żgħar mhumiex dejjem postijiet ideali biex jidħol fihom xi ħadd li ma joqgħodx f’dak l-istat.
|
||
Minn naħa waħda, it-Tramuntana ta’ New Mexico għandha problemi kbar bis-sewqan fis-sakra, u l-konċentrazzjoni ta’ sewwieqa xurbana hija għolja qrib il-bars tal-ibliet żgħar.
|
||
Murali jew taħżiż li mhumiex mixtieqa huma magħrufa bħala graffiti.
|
||
Waqt li bl-edba mod mhu fenomenu modern, il-maġġoranza tan-nies probabbilment jassoċjawh maż-żgħażagħ li jivvandilizzaw il-proprjetà pubblika u privata bl-użu taż-żebgħa sprejjata.
|
||
Madankollu, bħalissa hemm artisti tal-graffiti stabbiliti sew, avvenimenti tal-graffiti u ħitan "legali" . F'dan il-kuntest, il-pitturi tal-graffiti ħafna drabi huma bħal xogħlijiet artistiċi pjuttost milli affarijiet li ma jinqrawx.
|
||
It-tfigħ tal-boomerangs hija ħila popolari li ħafna turisti jixtiequ jiksbuha.
|
||
Jekk trid titgħallem titfa’ boomerang li terġa’ tiġi lura f’idejk, kun żgur li jkollok boomerang adattata għar-ritorn.
|
||
Ħafna boomerangs disponibbli fl-Awstralja fil-fatt ma jirritornawx. Aħjar li dawk li jkunu għadhom ħa jibdew ma jippruvawx jitfgħu fir-riħ
|
||
Ikla Hangi tiġi msajra ġewwa ħofra sħuna fl-art.
|
||
Il-ħofra hija jew imsaħħna b'ġebel jaħraq minn nar, jew f'xi postijiet is-sħana ġeotermali tagħmel xi rqajja' tal-art sħan b'mod naturali.
|
||
Il-hangi spiss jintuża biex xi ħadd isajjar ikla mixwija fi stil tradizzjonali.
|
||
Diversi postijiet ġewwa Rotorua joffru hangi ġeotermali, filwaqt li jistgħu jittieħdu kampjuni ta' hangi oħra ġewwa Christchurch, Wellington u postijiet oħrajn.
|
||
MetroRail għandha żewġ klassijiet fuq ferroviji tal-vjaġġaturi ġewwa Cape Town u madwarha: MetroPlus (imsejħa wkoll “First Class” (“Ewwel Klassi”)) u Metro (imsejħa “Third Class” (“Tielet Klassi”)).
|
||
MetroPlus hija iktar komda u inqas iffullata imma tiswa ftit iktar, għalkemm xorta irħas mill-biljetti normali tal-metro fl-Ewropa.
|
||
Kull ferrovija għandha kemm kowċis MetroPlus kif ukoll kowċis Metro; il-kowċis MetroPlus huma dejjem fit-tarf tal-iktar ferrovija qrib Cape Town.
|
||
Il-ġarr għal ħaddieħor - Titlaqx il-basktijiet tiegħek minn taħt għajnejk, b'mod speċjali jekk tkun qed taqsam il-konfini internazzjonali.
|
||
Tista' ssib lilek innifsek qed tintuża bħala kurrier tad-drogi mingħajr ma tkun taf, u dan idaħħlek f'inkwiet kbir.
|
||
Dan jinkludi l-istennija f'linja, minħabba li klieb li jxommu d-drogi jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
|
||
Ċerti pajjiżi għandhom pieni drakonjani b'mod eċċessiv anke jekk reat jitwettaq għall-ewwel darba; dawn jistgħu jinkludu sentenzi ta’ ħabs ta’ iktar minn 10 snin jew mewt.
|
||
Basktijiet waħedhom huma mira għas-serq u jistgħu wkoll jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet li huma attenti għat-theddid ta' bombi.
|
||
Minħabba dan l-esponiment kostanti għall-mikrobi lokali fid-dar, hemm ċans kbir ħafna li inti diġà għandek immunità għalihom.
|
||
Imma f’partijiet oħra tad-dinja, fejn il-fawna batterjoloġika tkun ġdida għalik, iktar għandek ċans li ssib problemi.
|
||
Apparti hekk, fi klimi iktar sħan il-batterji jikbru aktar malajr u jdumu iktar ħajjin barra mill-ġisem.
|
||
U għalhekk it-tbatijiet ta' Delhi Belly, is-Saħta tal-Faragħuni, il-vedetta ta' Montezuma, u l-ħafna ħbieb tagħhom.
|
||
B'mod simili għall-problemi respiratorji fi klimi kesħin, il-problemi intestinali fi klimi sħan huma pjuttost komuni u, ħafna drabi, huma tedjanti ħafna imma mhumiex perikolużi fir-realtà.
|
||
Jekk tkun qed tivvjaġġa f’pajjiż li qed jiżviluppa għall-ewwel darba – jew f’parti ġdida tad-dinja – tissottovalutax ix-xokk kulturali potenzjali.
|
||
Kienu ħafna l-vjaġġaturi stabbli u kapaċi li ġew megħluba bin-novità tal-ivvjaġġar fid-dinja li qed tiżviluppa, fejn ħafna aġġustamenti kulturali żgħar jistgħu jakkumulaw malajr.
|
||
Speċjalment fil-ġranet inizjali tiegħek, ikkunsidra li tgawdi l-lukandi, ikel, u servizzi ta’ stil tal-Punent u ta’ kwalità biex tgħin l-akklimatizzazzjoni.
|
||
Torqodx fuq saqqu jew kuxxinett mal-art f’żoni fejn m’intix familjari mal-fawna lokali.
|
||
Jekk se tagħmel kampeġġ barra, ġib kot tal-ikkampjar jew hammock biex iżommok ’il bogħod minn sriep, skorpjuni u annimali oħrajn.
|
||
Imla darek b’kafè qawwi filgħodu u te tal-kamomilla rilassanti filgħaxija.
|
||
Meta tkun fi staycation, inti għandek il-ħin għal xi ħaġa li tagħtik gost u biex tuża ftit minuti żejda ħalli tagħmel xi ħaġa speċjali.
|
||
Jekk qed tħossok trid iktar avventura, aħtaf l-opportunità biex tagħmel juice jew tibblendja xi smoothies:
|
||
forsi se tiskopri xarba sempliċi li tista’ tagħmilha għall-kolazzjon meta terġa’ lura għar-rutina ta’ kuljum tiegħek.
|
||
Jekk tgħix f’belt b’kultura tax-xorb varjata, mur f’bars jew pubs fil-viċinat li ma tiffrekwentax.
|
||
Għal dawk li mhumiex familjari mal-lingwaġġ mediku, il-kliem “infettiv” u “kuntaġġuż” għandhom tifsiriet differenti.
|
||
Marda li tittieħed hija dik ikkawżata minn patoġenu, bħal virus, batterju, fungu, jew parassiti oħrajn.
|
||
Marda li tittieħed hija marda li tiġi trasmessa faċilment billi wieħed ikun fil-viċinanza ta' persuna infettata.
|
||
Ħafna gvernijiet jeħtieġu li viżitaturi li jidħlu, jew residenti li jitilqu, mill-pajjiżi tagħhom jiġu mlaqqma għal firxa ta’ mard.
|
||
Dawn ir-rekwiżiti jistgħu ħafna drabi jiddependu fuq liema pajjiżi jkun żar jew biħsiebu jżur il-vjaġġatur.
|
||
Wieħed mill-punti b’saħħithom ta’ Charlotte, North Carolina, huwa li għandha abbundanza ta’ għażliet ta’ kwalità għolja għall-familji.
|
||
Residenti minn żoni oħrajn ħafna drabi jsemmu l-faċilitajiet favur il-familja bħala raġuni primarja biex jiċċaqilqu hemm, u l-viżitaturi spiss isibu li l-belt faċli tgawdiha bit-tfal magħhom.
|
||
Fl-aħħar 20 sena, l-ammont ta’ għażliet favur it-tfal ġewwa Uptown Charlotte kiber b’mod esponenzjali.
|
||
It-taksis ġeneralment ma jintużawx mill-familji f’Charlotte, għalkemm jistgħu jkunu utli f’ċerti ċirkostanzi.
|
||
Hemm soprataxxa talli jkollok aktar minn 2 passiġġieri, għalhekk din l-għażla tista' tkun aktar għalja milli hemm bżonn.
|
||
L-Antartika hija l-aktar post kiesaħ fid-Dinja, u hija mdawra mal-Pol tan-Nofsinhar.
|
||
Iż-żjajjar turistiċi huma għaljin, jirrikjedu saħħa fiżika, jistgħu jseħħu biss fis-sajf f'Novembru-Frar, u fil-maġġoranza huma limitati għall-Peniżola, il-Gżejjer u l-Baħar Ross.
|
||
Xi elfejn impjegat jgħixu hawn fis-sajf f'xi erba' tużżani bażijiet l-aktar f'dawk iż-żoni; numru żgħir minnhom jibqa' hawn anki fix-xitwa.
|
||
L-Antartika Interna hija pjanura deżolata miksija b’2-3 km silġ.
|
||
Turs bl-ajru speċjalizzati okkażjonali jmorru ġewwa fuq l-art, għat-tixbit mal-muntanji jew biex jintlaħaq il-Pol, li għandu bażi kbira.
|
||
It-Traversa tal-Pol tan-Nofsinhar (jew Awtostrada) hija mogħdija ta' 1600 km mill-Istazzjon McMurdo fuq il-Baħar Ross sal-Pol.
|
||
Din hija borra kumpattata b’fetħiet fondi fis-silġ tal-glaċieri mimlijin u mmarkati bi bnadar. Wieħed jista’ jgħaddi fuqhom biss jekk ikollu tratturi speċjalizzati, li jiġbdu l-islitti bi fjuwil u provvisti.
|
||
Dawn mhumiex ħfief ħafna għalhekk il-mogħdija jkollha tagħmel dawra twila madwar il-Muntanji Transantartiċi biex jaslu fuq il-wita.
|
||
L-iktar raġuni komuni għall-inċidenti fix-xitwa huma toroq, bankini (pavimenti) u partikolarment turġien li jiżolqu.
|
||
Bħala minimu, għandek bżonn żarbun b’pett adattat. Iż-żraben tas-sajf ġeneralment jiżolqu ħafna fuq is-silġ u l-borra, anke xi boots tax-xitwa mhumiex tajbin biżżejjed.
|
||
Il-mudell irid ikun fond biżżejjed, 5 mm (1/5 ta' pulzier) jew aktar, u l-materjal irid ikun artab biżżejjed f'temperaturi kesħin.
|
||
Xi stivali għandhom tappini u hemm tagħmir addizzjonali bit-tappini għal kundizzjonijiet ta' żliq, adattati għall-biċċa l-kbira taż-żraben u l-istivali, għall-għarqbejn jew għarqbejn u l-pett.
|
||
L-għarqbejn iridu jkunu baxxi u wiesgħin. Ramel, żrar jew melħ (klorur tal-kalċju) spiss jixxerrdu fit-toroq jew passaġġi biex ikun hemm trazzjoni aħjar.
|
||
Il-valangi mhumiex anormalità; l-għoljiet weqfin jistgħu jżommu biss ammont limitat ta’ silġ, u l-volumi f’eċċess jaqgħu bħala valangi.
|
||
Il-problema hi li l-borra teħel, allura trid xi ħaġa li twaqqagħha, u jekk xi borra taqa' tista' tkun l-avveniment li jiskatta l-bqija.
|
||
Kultant l-avveniment oriġinali skattatur huwa li x-xemx issaħħan il-borra, xi drabi xi ftit iktar borra, kultant avvenimenti naturali oħra, ħafna drabi bniedem.
|
||
Tromba tal-arja hija kolonna li ddur fuqha nfisha magħmula minn arja bi pressjoni baxxa ħafna, li tiġbed l-arja ta’ madwarha ’il ġewwa u ’l fuq.
|
||
Huma jiġġeneraw irjieħ qawwijin (ħafna drabi 100-200 mil/siegħa) u jistgħu jgħollu oġġetti tqal fl-arja, u jġorruhom hekk kif jiċċaqlaq it-tornado.
|
||
Huma jibdew bħala lenbut nieżel mis-sħab tal-maltempata, u jsiru "tornadoes" meta jmissu mal-art.
|
||
Fornituri ta’ VPN (netwerk privat virtwali) personali huma mod eċċellenti kif tiġi evitata kemm iċ-ċensura politika kif ukoll il-ġeofiltrazzjoni tal-IP kummerċjali.
|
||
Huma superjuri għall-proxies tal-web għal diversi raġunijiet: Huma jbiddlu r-rotta tat-traffiku kollu tal-internet, mhux biss l-http.
|
||
Normalment huma joffru bandwidth ogħla u kwalità aħjar tas-servizz. Huma kkriptati u għalhekk aktar diffiċli biex jispjunawhom.
|
||
Il-kumpaniji tal-midja bħala jigdbu regolarment dwar l-iskop ta’ dan, u jsostnu li dan isir biex "jipprevjenu l-piraterija".
|
||
Fil-fatt, il-kodiċijiet tar-reġjun m’għandhom assolutament ebda effett fuq l-ikkupjar illegali; kopja “bit-for-bit” ta’ disk taħdem tajjeb fuq kwalunkwe apparat fejn taħdem il-verżjoni oriġinali.
|
||
L-iskop attwali huwa li dawk il-kumpaniji jingħataw iktar kontroll fuq is-swieq tagħhom; kollox jikkonċerna d-dawrien ta’ flus.
|
||
Minħabba li t-telefonati jiġu mgħoddija minn fuq l-Internet, m’għandekx bżonn tuża kumpanija telefonika li tinsab fil-post fejn tgħix jew fejn tivvjaġġa.
|
||
M'hemm ukoll ebda rekwiżit li inti tikseb numru lokali mill-komunità li tgħix fiha; inti tista' tikseb konnessjoni tal-internet bis-satellita fl-artijiet remoti ta' Chicken, fl-Alaska u tagħżel numru li jikklejmja li inti qiegħed f'Arizona xemxija.
|
||
Spiss, ikollok tixtri numru globali separatament li jippermetti lit-telefowns PSTN iċemplulek. Il-post li ġej in-numru minnu jagħmel differenza għan-nies li jċemplulek.
|
||
Apps għat-tradutturi tat-testi f’ħin reali – applikazzjonijiet li kapaċi jittraduċu segmenti sħaħ ta’ test minn lingwa għal oħra awtomatikament.
|
||
Uħud mill-applikazzjonijiet f’din il-kategorija jistgħu saħansitra jittraduċu testi f’lingwi barranin fuq sinjali jew oġġetti oħra fid-dinja reali meta l-utent jipponta l-ismartphone lejn dawk l-oġġetti.
|
||
Il-magni tat-traduzzjoni tjiebu drammatikament, u issa ħafna drabi jagħtu traduzzjonijiet ftit jew wisq korretti (u aktar rari tgerwil), imma xi attenzjoni hija dovuta, għax huma xorta jistgħu jiżbaljaw kollox.
|
||
Waħda mill-aktar apps prominenti f’din il-kategorija hija “Google Translate”, li tippermetti traduzzjoni offline wara li tniżżel id-dejta tal-lingwa mixtieqa.
|
||
L-użu tal-apps tan-navigazzjoni bil-GPS fuq l-ismartphome tiegħek jista' jkun l-aktar mod faċli u konvenjenti biex tinnaviga meta tkun barra minn pajjiżek.
|
||
Jista’ jiffrankalek il-flus flok tixtri mapep ġodda għal GPS, jew apparat tal-GPS awtonomu jew tikri wieħed mingħand kumpanija tal-kiri tal-karozzi.
|
||
Jekk m’għandekx konnessjoni tad-dejta għat-telefon tiegħek, jew meta tkun barra mill-firxa ta’ konnessjoni, il-prestazzjoni tagħhom tista’ tkun limitata jew mhux disponibbli.
|
||
Kull ħanut tal-merċa huwa mimli b’serje konfondenti ta’ kards tat-telefown imħallsin minn qabel li jistgħu jintużaw minn telefowns pubbliċi jew telefowns normali.
|
||
Waqt li l-maġġoranza tal-kards jistgħu jintużaw biex iċċempel fejn trid, uħud huma speċjalizzati biex jipprovdu rati tat-telefonati favorevoli għal gruppi speċifiċi ta' pajjiżi.
|
||
L-aċċess għal dawn is-servizzi ta' spiss ikun permezz ta' numru tat-telefon bla ħlas li tista' ċċemplu bla ħlas mill-maġġoranza tal-telefons.
|
||
Regoli dwar fotografija regolari huma applikabbli wkoll għall-irrekordjar bil-vidjow, possibbilment saħansitra iktar.
|
||
Jekk mhux awtorizzat li tieħu ritratt ta’ xi ħaġa, allura lanqas biss għandek taħsibha li tirrekordja vidjow tagħha.
|
||
Jekk tkun qed tuża drone, iċċekkja sew minn qabel dwar x’tista’ tiffilmja u liema permessi jew liċenzji addizzjonali huma meħtieġa.
|
||
Kważi qatt ma tkun idea tajba li ttajjar drone viċin ajruport jew fuq folla nies, anke jekk dan ma jkunx illegali fl-inħawi tiegħek.
|
||
Illum il-ġurnata l-ivvjaġġar bl-ajru rari jiġi bbukkjat direttament permezz tal-linja tal-ajru mingħajr ma l-ewwel isir tiftix u paragunar tal-prezzijiet.
|
||
Kultant l-istess titjira jista’ jkollha prezzijiet differenti ħafna f’aggregaturi varji u huwa utli li tqabbel ir-riżultati tat-tiftix u tħares ukoll lejn is-sit web tal-linja tal-ajru stess qabel tibbukkja.
|
||
Waqt li jista' ma jkollokx bżonn viża għal żjarat qosra bħala turist jew għan-negozju f'ċerti pajjiżi, meta tmur hemm bħala student internazzjonali ġeneralment teħtieġ soġġorn itwal milli meta tmur hemm bħala turist każwali.
|
||
Ġeneralment, jekk toqgħod f'xi pajjiż barrani għal perjodu ta’ żmien estiż se jkollok bżonn takkwista viża minn qabel.
|
||
Il-viżi tal-istudenti ġeneralment ikollhom rekwiżiti u proċeduri ta’ applikazzjoni differenti minn viżi normali ta’ turisti jew ta’ negozju.
|
||
Għal ħafna pajjiżi, se jkollok bżonn ittra ta’ offerta mill-istituzzjoni li tixtieq tistudja fiha, kif ukoll prova li għandek fondi biex tmantni lilek innifsek għal mill-inqas l-ewwel sena tal-kors tiegħek.
|
||
Iċċekkja mal-istituzzjoni, kif ukoll mad-dipartiment tal-immigrazzjoni għall-pajjiż li tixtieq tistudja fih għal ħtiġijiet dettaljati.
|
||
Sakemm m'intix diplomatiku, meta taħdem barra mill-pajjiż ġeneralment ifisser li inti jkollok tippreżenta t-taxxa tad-dħul fil-pajjiż li inti bbażat fih.
|
||
It-taxxa fuq id-dħul hija strutturata b’mod differenti f’pajjiżi differenti, u r-rati u s-saffi tat-taxxa jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor.
|
||
F’xi pajjiżi federali, bħall-Istati Uniti u l-Kanada, it-taxxa fuq id-dħul hija imposta kemm fil-livell federali kif ukoll fil-livell lokali, għalhekk ir-rati u l-parentesi jistgħu jvarjaw minn reġjun għal ieħor.
|
||
Waqt li l-kontroll tal-immigrazzjoni ġeneralment huwa assenti jew formalità biss meta tasal f'pajjiżek, il-kontrolli doganali jistgħu jkunu ta' inkonvenjenza.
|
||
Kun żgur li tkun taf x’tista’ u x’ma tistax iddaħħal u tiddikjara kwalunkwe oġġett li jaqbeż il-limiti legali.
|
||
L-eħfef mod biex tibda fin-negozju tal-kitba dwar l-ivvjaġġar huwa li ttejjeb il-ħiliet tiegħek fuq sit web stabbilit ta’ blog tal-ivvjaġġar.
|
||
Wara li tidra l-ifformattjar u l-editjar fuq il-web, imbagħad aktar tard, forsi toħloq is-sit web tiegħek.
|
||
Il-volontarjat waqt l-ivvjaġġar huwa mod eċċellenti kif tagħmel differenza imma m'huwiex biss dwar li tagħti.
|
||
Li tgħix u tagħmel volontarjat f’pajjiż barrani huwa mod tajjeb ħafna kif titgħallem dwar kultura differenti, tiltaqa’ ma’ nies ġodda, titgħallem dwarek innifsek, tikseb sens ta’ perspettiva u anke tikseb ħiliet ġodda.
|
||
Jista’ jkun ukoll mod tajjeb biex testendi l-baġit ħalli ttawwal is-soġġorn x’imkien peress li bosta impjiegi ta’ volontarjat jipprovdu kamra u sodda u ftit minnhom iħallsu paga żgħira.
|
||
Il-Vikingi użaw ir-rotot fuq l-ilma Russi biex jaslu sal-Baħar l-Iswed u l-Baħar Kaspju. Partijiet minn dawn ir-rotot għadhom jistgħu jintużaw. Iċċekkja jekk potenzjalment hemmx bżonn ta' permessi speċjali, li jistgħu jkunu diffiċli biex jinkisbu.
|
||
Il-Kanal Baħar Abjad-Baltiku jikkonnettja l-Oċean Artiku mal-Baħar Baltiku, pemezz tal-Għadira Onega, l-Għadira Ladoga u San Pietruburgu, ġeneralment permezz ta' xmajjar u għadajjar.
|
||
Il-Lag Onega huwa marbut ma’ Volga wkoll u, allura, għadu possibbli li wieħed jasal mill-Baħar Kaspju permezz tar-Russja.
|
||
Kun żgur li ladarba tasal fil-marini kollox ikun pjuttost ċar. Inti se tiltaqa’ ma’ hitchhikers oħra tal-vapuri u dawn se jaqsmu l-informazzjoni tagħhom miegħek.
|
||
Bażikament se tkun qed tagħmel avviżi fejn toffri l-għajnuna tiegħek, tippassiġġa fil-baċiri, tkellem lil nies li jkunu qed inaddfu l-jottijiet tagħhom, tipprova tikkuntattja baħrin fil-bar, eċċ.
|
||
Ipprova tkellem mal-akbar numru ta' nies possibbli. Wara ftit kulħadd ikun jafek u jagħtik pariri dwar liema dgħajsa qiegħda tfittex għal xi ħadd.
|
||
Trid tagħżel b'attenzjoni liema linja tal-ajru f'alleanza se tuża bħala Vjaġġatur Frekwenti.
|
||
Għalkemm tista' taħseb li huwa intuwittiv li tingħaqad mal-linja tal-ajru li ttir biha l-iżjed, għandek tkun taf li l-privileġġi offruti ħafna drabi huma differenti u l-punti tal-vjaġġaturi frekwenti jistgħu jkunu aktar ġenerużi mingħand linja tal-ajru differenti fl-istess alleanza.
|
||
Il-linji tal-ajru bħall-Emirates, Etihad Airways, Qatar Airways u Turkish Airlines kabbru ħafna s-servizzi tagħhom lejn l-Afrika, u joffru konnessjonijiet għal ħafna bliet ewlenin Afrikani b'rati aktar kompetittivi minn linji tal-ajru oħra Ewropej.
|
||
Turkish Airlines itiru lejn 39 destinazzjoni ġewwa 30 pajjiż Afrikan mill-2014.
|
||
Jekk għandek aktar ħin għall-ivvjaġġar, iċċekkja biex tara kif il-kwotazzjoni totali tan-noll tiegħek lejn l-Afrika tista’ titqabbel ma’ noll għal madwar id-dinja.
|
||
Tinsiex iżżid l-ispejjeż żejda ta’ viżi addizzjonali, taxxi tat-tluq, trasport bl-art, eċċ. għal dawk il-postijiet kollha barra l-Afrika.
|
||
Jekk trid ittir madwar id-dinja totalment fl-Emisferu tan-Nofsinhar, l-għażla tat-titjiriet u tad-destinazzjonijiet hija ristretta minħabba n-nuqqas ta’ rotot transoċeaniċi.
|
||
Ebda alleanza tal-linja tal-ajru ma tkopri t-tliet traversati tal-oċean fl-Emisferu tan-Nofsinhar (u SkyTeam ma tkopri l-ebda wieħed mill-traversati).
|
||
Madankollu, Star Alliance tkopri kollox ħlief il-Lvant tan-Nofsinhar tal-Paċifiku minn Santiago de Chile sa Tahiti, li hija titjira LATAM Oneworld.
|
||
Din it-titjira mhijiex l-unika għażla jekk trid taqbeż il-Paċifiku tan-Nofsinhar u l-kosta tal-Punent tal-Amerka t'Isfel. (ara hawn taħt)
|
||
Fl-1994, ir-reġjun tal-Ażerbajġan ta’ Nagorno-Karabakh etnikament Armenjan iddikjara gwerra kontra l-Ażeri.
|
||
Bl-appoġġ tal-Armeni, inħolqot repubblika ġdida. Madankollu, l-ebda nazzjon stabbilit - lanqas l-Armenja - ma jirrikkonoxxiha uffiċjalment.
|
||
Argumenti diplomatiċi dwar ir-reġjun ikomplu jħassru r-relazzjonijiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan.
|
||
Id-Distrett tal-Kanal (bl-Olandiż: Grachtengordel) huwa d-distrett famuż tas-seklu 17 li jdawwar il-Binnenstad ta’ Amsterdam.
|
||
Id-distrett kollu huwa nnominat bħal Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-valur storiku u kulturali uniku tiegħu, u l-valuri tal-proprjetà tiegħu huma fost l-ogħla fil-pajjiż.
|
||
Cinque Terre, li tfisser Ħames Artijiet, tinkludi l-ħames villaġġi żgħar tal-kosta ta’ Riomaggiore, Manarola, Corniglia, Vernazza u Monterosso li jinsabu fir-reġjun Taljan tal-Liguria.
|
||
Dawn huma elenkati fil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.
|
||
Matul is-sekli, in-nies bnew bir-reqqa terrazzi fuq il-pajsaġġ imħatteb u wieqaf eżatt sa truf l-irdumijiet li jagħtu fuq il-baħar.
|
||
Parti mill-karetteristiċi inkantevoli tagħha huwa n-nuqqas ta’ żvilupp korporattiv viżibbli. L-irħula huma konnessi permezz ta' mogħdijiet, ferroviji u dgħajjes, u l-karozzi ma jistgħux jidħlu fihom minn barra.
|
||
Il-varjetajiet tal-Franċiż li huma mitkellma fil-Belġju u l-Iżvizzera huma kemmxejn differenti mill-Franċiż mitkellem fi Franza, għalkemm huma simili biżżejjed li jistgħu jinftehmu reċiprokament.
|
||
Partikolarment, is-sistema ta’ numerazzjoni fil-Franċiż mitkellem fil-Belġju u fl-Iżvizzera għandha xi partikolaritajiet żgħar li huma differenti mill-Franċiż mitkellem fi Franza, u l-pronunzja ta’ xi kliem hija ftit differenti.
|
||
Madankollu, il-Belġjani u l-Iżvizzeri kollha li jitkellmu bil-Franċiż tgħallmu l-Franċiż standard fl-iskola, u allura jkunu jistgħu jifhmuk anke jekk tuża s-sistema ta’ numerazzjoni Franċiża standard.
|
||
F’bosta inħawi fid-dinja, tixjira hija ġest ta’ ħbiberija, li turi "ħellow."
|
||
Madankollu, fil-Malasja, mill-inqas fost il-Malasjani f’żoni rurali, dan ifisser "ejja ’l hawn," , simili għal meta s-saba’ tal-indiċi jkun mgħawweġ lejn il-ġisem, ġest li jintuża f’ċerti pajjiżi tal-Punent, u għandu jintuża biss għal dak l-iskop.
|
||
B’mod simili, vjaġġatur Ingliż fi Spanja jista’ jagħmel l-iżball li jaħseb li tixjira ta’ addiju li tinvolvi l-pala tal-id tħares lejn min qed ixejjer (pjuttost milli lejn il-persuna li jkun qed ixejjer lilha) hija ġest biex il-persuna terġa’ tiġi lura.
|
||
Lingwi awżiljarji huma lingwi artifiċjali jew ivvintati maħluqa bl-intenzjoni li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn popli li altrimenti jkollhom diffikultà biex jikkomunikaw ma’ xulxin.
|
||
Huma separati mil-lingwa franka, li huma lingwi naturali jew organiċi li saru dominanti għal raġuni jew oħra bħala mezz ta' komunikazzjoni bejn kelliema ta' lingwi oħra.
|
||
Fis-sħana tal-ġurnata, il-vjaġġaturi jistgħu jesperjenzaw miraġġi li jagħtu l-illużjoni ta’ ilma (jew affarijiet oħra).
|
||
Dawn jistgħu jkunu perikolużi jekk il-vjaġġatur isegwi l-miraġġ, u jaħli enerġija prezzjuża u l-ilma li jkun baqa'.
|
||
Anki l-iktar deżert jaħraq jista’ jsir estremament kiesaħ bil-lejl. L-ipotermja hija riskju serju jekk ma jkollokx ħwejjeġ sħan.
|
||
Fis-sajf, speċjalment, trid toqgħod attent għan-nemus jekk tiddeċiedi li tmur hike fil-foresta tropikali.
|
||
Anke jekk qed issuq mill-foresta tropikali subtropikali, ftit sekondi bil-bibien miftuħa sakemm tidħol fil-vettura huwa biżżejjed ħin biex jidħol in-nemus fil-vettura miegħek.
|
||
L-influwenza tat-tjur jew, it-terminu iktar formali, l-influwenza avjarja, tista’ tinfetta lit-tjur kif ukoll lill-mammiferi.
|
||
Inqas minn elf każ ġew irrappurtati fil-bnedmin, iżda wħud minnhom kienu fatali.
|
||
Ħafna minnhom involvew nies li jaħdmu mat-tjur, iżda hemm ukoll xi riskju għall-osservaturi tal-għasafar.
|
||
Tipiċi għan-Norveġja huma l-fjords u l-widien wieqfa li f'daqqa waħda jinbidlu fi platò għolja, ftit jew wisq witja.
|
||
Dawn il-plateaus ħafna drabi jissejħu "vidde" li tfisser spazju wiesa' u miftuħ mingħajr siġar, wesgħa kbira mingħajr tarf.
|
||
Ġewwa Rogaland u Agder dawn ġeneralment jissejħu "hei" li tfisser art mistagħdra mingħajr siġar ħafna drabi miksija b’ħaxix tax-xagħri.
|
||
Il-glaċieri mhumiex stabbli, iżda jinżlu mal-muntanja. Dan se jikkawża xquq, fetħiet fondi fis-silġ tal-glaċieri, li jistgħu jiġu moħbijin minn pontijiet tas-silġ.
|
||
Il-ħitan u s-soqfa tal-għerien tas-silġ jistgħu jċedu u x-xquq jistgħu jingħalqu.
|
||
Fit-tarf tal-glaċieri jinqalgħu blokok kbar, jaqgħu u forsi jaqbżu jew jitremblu lil hinn mit-tarf.
|
||
L-istaġun turistiku għall-istazzjonijiet tal-għoljiet ġeneralment jilħaq il-quċċata matul is-sajf Indjan.
|
||
Madankollu, għandhom tip ta’ sbuħija u ta’ seħer differenti fix-xitwa, fejn ħafna stazzjonijiet tal-għoljiet jirċievu ammonti normali ta’ borra u joffru attivitajiet bħal skijar u snowboarding.
|
||
Għad fadal ftit biss linji tal-ajru li joffru nollijiet għall-mewt, li jnaqqsu ftit l-ispiża tal-ivvjaġġar għal funeral fl-aħħar minuta.
|
||
Il-linji tal-ajru li qed joffru dawn jinkludu Air Canada, Delta Air Lines, Lufthansa għal titjiriet li jitilqu mill-Istati Uniti jew il-Kanada, u WestJet.
|
||
Fil-każijiet kollha, trid tibbukkja mal-linja tal-ajru direttament bit-telefon.
|